strateġija – One News

Notifiki

Titnieda strateġija mill-NAO: Intejbu l-Governanza u l-Prestazzjoni fis-Settur Pubbliku

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għadu kif nieda l-istrateġija tiegħu għall-ħames snin li ġejjin, bit-titlu ‘Intejbu l-Governanza u l-Prestazzjoni fis-Settur Pubbliku’. Dan id-dokument strateġiku ġdid ġie ppreżentat mill-Awditur Ġenerali Charles Deguara lill-Ispeaker Anġlu Farrugia waqt żjara uffiċjali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fil-preżenza tad-Deputat Awditur Ġenerali Noel Camilleri u l-impjegati kollha tal-NAO.Aqra aktar

Ippubblikata l-Istrateġija għall-Belt Valletta

Wara xhur ta’ ħidma u konsultazzjoni, illum ġiet ippubblikata l-Istrateġija għall-Belt Valletta, li tindirizza l-isfidi tal-belt kapitali b’mod kordinat filwaqt li tlaqqa’ flimkien il-ħtiġijiet tal-belt ma’ dawk tar-residenti, in-negozji u dawk kollha li jżuruha jew jaħdmu fiha.

L-istrateġija kienet ġiet varata f’Ġunju li għadda mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni flimkien mal-Awtorità tal-Ippjanar. Mat-tnedija, kienet infetħet konsultazzjoni pubblika mifruxa fuq sitt ġimgħat. F’dan il-perjodu, anke permezz ta’ laqgħa mal-pubbliku, kulħadd kellu l-opportunità jaqsam ħsibijietu dwar il-Belt Valletta u dak li hemm bżonn isir biex tkun belt ħajja, min-nies għan-nies.
Aqra aktar

Titnieda strateġija biex trabbi lill-uliedek b’mod pożittiv

Politika Strategika Nazzjonali għat-trobbija pożittiva. Dan huwa l-isem ta’ dokument li ġie mniedi dagħlodu dwar atteġġjament pożittiv fit-trobbija li għandhom jużaw genituri u min jieħdu ħsieb lit-tfal. L-interess tat-tfal dejjem għandu jingħata prijorità u jikbru f’ambjent t’imħabba u ħieles mill-vjolenza.

Aqra aktar

Approvata strateġija għall-Belt Valletta

Bi strateġija għall-Belt Valletta, il-Gvern qed iħares lejn viżjoni għall-Kapitali Maltija għall-għoxrin sena li ġejjin.

Wara konsultazzjoni wiesa’ il-Kabinett approva din l-istrateġija, li fil-qofol tagħha hemm li l-Belt tingħata ħajja mill-ġdid, u tkun iktar attraenti biex tiġbed lejha residenti ġodda.
Aqra aktar

‘Malta Marittima’ – lejn settur iktar b’saħħtu

Il-vuċi ta’ pajjiżna fil-qasam marittimu se tissaħħaħ fuq livell internazzjonali.

Dan bit-tnehdija tal-aġenzija Malta Marittima, b’kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-privat. 

Hemm ħamsin mira x’jintlaħqu u dwarhom tkellem is-Segretarju Parlamentari ghall-kompetitivita Jose Herrera. Il-miri jinvolvu setturi differenti li jaħdmu qrib il-qasam marittimu. B’hekk ser jimtela’ vojt li kien ilu jinħass snin.

Ic-chairperson ta’ Malta Marittima Marc Muscat elenka l-miri prinċipali li l-aġenzija se tiffoka fuqhom: il-promozzjoni tal-industrija, li jkun hemm titjib fil-policies u li jinħoloq il-kuċnett ta’ ‘cluster’. 

Il-bandiera Maltija hija l-akbar waħda fl-Ewropa, fatt li jiġbed l-attenzjoni ta’ pajjizi oħra. Jose Herrera  stqarr li l-viżjoni tal-Gvern fl-industrija tmur lura għexieren tas-snin. 

Send this to a friend