stqarrija | One News

Notifiki

‘Delia mdejjaq bis-suċċess’- il-PL

Id-diskors negattiv tal-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu huwa diskors ta’ bniedem imdejjaq bil-fatt li l-ikbar vittma tas-suċċess li kiseb il-pajjiż huwa l-Partit Nazzjonalista li hu ried jibdel, iżda minflok spiċċa biex bidel lilu.

Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija b’reazzjoni għad-diskors li ta l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia l-Ħadd filgħodu fl-Imsida.

“Ibbuljar, fastidju, jew diskriminazzjoni fil-konfront tat-tfal qatt mhu aċċettabbli”-L-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal

“Huwa dmir tal-ġenitur jew ta’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal, l-edukaturi, l-istituzzjonijiet edukattivi u l-adulti kollha li huma importanti fil-ħajja tat-tfal li jiżguraw li t-tfal kollha, inklużi t-tfal tal-politiċi, huma protetti minn kull forma ta’ bbuljar, fastidju jew diskriminazzjoni”. Dan qalu l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal fi stqarrija dwar il-ħarsien ta’ tfal ta’ persuni pubbliċi.

L-isqarrija tagħmilha ċara li bbuljar u fastidju fuq it-tfal, qatt mhu aċċettabbli, u li l-adulti għandhom jagħtu eżempju biex it-tfal jirrispettaw lil ta’ madwarhom anke jekk ma jaqblux magħhom. Aqra aktar

Delia jċedi u jagħmel tiegħu l-gidba dwar Egrant – Il-PL

Adrian Delia ċeda għat-talbiet tal-establishment u spiċċa rtira t-talba li għamel lid-deputat Simon Busuttil biex jissospendi lilu nnifsu mill-Partit Nazzjonalista.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota li b’dan il-pass Adrian Delia issa għamel tiegħu ukoll il-gidba dwar Egrant u mil-lum ‘il quddiem anke hu għandu xi jwieġeb dwar dan il-frame up.  Aqra aktar

45 liġi f’sena waħda biss- Xhieda ta’ Gvern b’impenn għal Malta ta’ Għada

Meta lbieraħ il-Parlament aġġorna għal btajjel tas-Sajf, kienu għaddew 45 liġi ġdida mill-bidu tal-leġiżlatura.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota li dan huwa xhieda ta’ gvern b’enerġija u pjan bil-għan li jħejji Malta ta’ Għada. Tkellmu dwar dan il-whip tal-grupp parlamentari Laburista, Byron Camilleri u d-deputat Stefan Zrinzo Azzopardi.  Aqra aktar

David Casa se jibqa’ Brussell biex jaħdem kontra Malta

Il-Partit Laburista nnota li qed jirriżulta b’mod ċar li David Casa se jibqa’ Brussell biex ikompli jaħdem kontra Malta. Xhieda ta’ dan l-istqarrija ppubblikata llum mimlija allegazzjonijiet u gideb.

David Casa prova jippolitiċizza każ fejn il-Qorti ħarġet mandat ta’ arrest ewropew u internazzjonali. Kif jistgħu jgħidulu sħabu avukati fil-Partit Nazzjonalista, din hi deċiżjoni li tieħu l-Qorti fil-libertà kollha bħala istituzzjoni indipendenti. Dan kif inhu mistenni fi stat li jħaddan ir-rule of law.

Casa għamel stqarrija jitkellem dwar il-gidba Egrant meta l-każ li hemm quddiem il-qorti seħħ qabel saru dawn l-allegazzjonijiet.

Peró għal David Casa, bħal oħrajn fil-Partit Nazzjonalista, ir-rule of law għandha tkun rispettata biss meta l-istituzzjonijiet jaġixxu kif jgħoġob lilhom.

Fuq kollox il-fatt li David Casa bena l-istqarrija tiegħu fuq fatti foloz u gideb juri li m’għandux għajr interess iħammeġ lil Malta. Kif wara kollox għamel fl-aħħar jiem meta fil-Parlament Ewropew attakka lil pajjiżu filwaqt ma’ sħabu l-MEPs tal-PN kien qed jaqbeż għal Ungerija; temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.

Il-Ministeru tas-Saħħa jgħid li l-artiklu tat-Times huwa qarrieqi

B’risposta għal artiklu tal-ġurnalist Ivan Camilleri li deher illum f’The Sunday Times of Malta, il-Ministeru għas-Saħħa saħaq li l-ammont li tiswa sodda fl-isptarijiet illum, bi ftehim ma’ VGH, jikkumpara fuq l-istess livell li l-Gvern kien iħallas qabel għall-istess servizz, anke jekk il-Gvern mhux se jkun qed iħallas iżjed għat-titjib sinifikanti fl-infrastruttura u fl-apparat mediku li mistenni jirriżulta minn dan il-ftehim.

Aqra aktar

Busuttil imbeżża’ mill-għażla tal-poplu

  • L-għażla hija bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil
  • Għażla ċara għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna

Fl-ewwel jum tal-kampanja elettorali, Simon Busuttil reġa’ qed jibża’ mill-għażla tan-nies  bejnu u bejn Joseph Muscat. Qed jibża’ għax filwaqt li Joseph Muscat dalgħodu stess preżenta ħames prijoritajiet tal-manifest elettorali.

Aqra aktar

Send this to a friend