storja – Page 3 – One News

Notifiki

Sejba straordinarja: bla ma jaf kien se jbiegħ ġebla b’denb ta’ dinosawru

Instab denb ta’ dinosawru ppriżervat b’mod li tista’ ssejjaħlu perfett, fl-ambra.

Din hija skoperta verament unika u rari, u tgħin biex insiru nafu aktar dwar dawn il-kreaturi estinti li ddominaw id-dinja għal aktar minn 160 miljun sena.

Eżaminazzjoni tas-sejba, li d-dettalji tagħha ingħataw fil-ġurnal Current Biology, tiżvela li d-denb kien kannella minn fuq u abjad minn isfel.

Aqra aktar

Lura postu!

Jekk dieħel il-Belt għal xi raġuni jew oħra llum, żomm għajnejk miftuħa meta tgħaddi minn Pjazza San Ġorġ.

Il-monument tas-Sette Giugnio, li jissimbolizza waħda mill-ikbar ġrajjiet fl-istorja ta’ pajjiżna, tqiegħed lura postu f’din il-pjazza. B’hekk ix-xewqa tal-maġġoranza saret realtà u l-monument issa jinsab lura fejn seħħew il-ġrajjiet tal-1919.

Aqra aktar

Imħabbar proġett għal qabel tidħol il-Belt

Żewġ proġetti, li għandhom fil-qalba tagħhom il-funtanta tat-Tritoni, se jbiddlu kompletament id-dehra tad-daħla tal-Belt Kapitali. Dawn tħabbru llejla mill-Ministru Joe Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri u jinvolvu l-proġett tal-Foss tad-daħla tal-Belt u l-paviment tal-Pjazza tat-Tritoni. Dettalji ingħataw miċ-chairman tal-Fondazzjoni għar-Riġenerazzjoni taż-Żona tal-Port il-Kbir, Stefan Zrinzo Azzopardi.

Aqra aktar

L-istorja ta’ Malta riveduta

A Materialist Revision of Maltese History (870-1919) huwa ktieb ġdid dwar l-istorja ta’ Malta, riċerkat u miktub minn Mark Camilleri, li jiffoka fuq il-moħħ u l-kundizzjonijiet materjali tal-Maltin ‘ordinarji’ u toffri ħarsa ġdida fl-istorja Maltija. Dan il-ktieb huwa storja kif filfatt hi, mingħajr narrattivi kbar u anedotti sbieħ li jagħmlu l-istorja Maltija interessanti u glorjuża.

Fir-realtá ma kien hemm xejn glorjuż fl-istorja Maltija; anzi bil-kontra, l-istorja Maltija hija waħda ta’ dwejjaq, oskura, traġika u bierda. Il-Maltin għixu fil-miżerja, fil-faqar, fl-insularitá u fl-injoranza u s-sopravivenza tagħhom f’termini ta’ sigurtá u ġid materjali kienet tiddependi mill-mexxejja tagħhom. L-elit Malti kien imħasseb biss kif ħa jagħmel profitt faċli minflok biex jikkontribbwixxi għall-iżvillupp sħiħ tas-soċjetá u l-benesseri tal-kompatrijotti tagħhom, filwaqt li l-kleru ħalla l-poplu fl-injoranza u l-istupiditá sabiex iżomm l-kontroll assolut fuq il-moħħ Malti.
Aqra aktar

Send this to a friend