storja – Page 2 – One News

Notifiki

Difiża f’pajjiżna msemmija għar-Reġina Victoria

Propju dan ix-xahar se jibdew jiġu rrestawrati l-famużi Victoria Lines. Imma x’kienu eżatt dawn il-linji difensivi? Il-Victoria Lines huma linja difensiva mibnija mill-Ingliżi fid-19-il seklu. Dawn il-linji jaqsmu lil Malta minn Fomm ir-Riħ sal-Madliena. Fatt magħruf hu li anke l-Kavallieri ta’ San Ġwann, qabel l-Ingliżi stess, kienu ħasbu kif jistgħu jiffortifikaw il-Great Fault naturali li nsibu taqsam lil Malta minn Fomm ir-Riħ sal-Madliena. Infatti, insibu trunċieri mħaffra mill-Kavallieri f’postijiet strateġiċi bħal f’Ta Falka u San Pawl tat-Tarġa.

L-iskop prinċipali kien id-difiża tal-Portijiet ta’ pajjiżna. Fil-Portijiet (il-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsamxett) kien hemm it-tarzna, l-imħażen għall-ħatt u t-tagħbija tal-merkanzija. Il-maġġoranza tal-popolazzjoni Maltija ukoll kienet miġbura madwar il-Portijiet għaliex hemm kien hemm il-ħobża ta’ kuljum. Il-Portijiet ta’ Malta kienu wżati kontinwament min-Navy Ingliża, tant importanti għall-kontroll u l-amministrazzjoni ta’ l-Imperu Ingliż.

 

Dan il-proġett ipprovda xogħol lil ħafna ħaddiema Maltin. Minħabba li r-Reġina Victoria kienet qed tiċċelebra l-Ġublew mill-inkurunazzjoni tagħha fl-1892, il-linji difensiva kollha ingħataw isimha biex jitfakkar dan il-mument.

Minħabba l-progress taż-żmien, allura invenzjonijiet ġodda, il-Victoria Lines ġew bla użu f ‘inqas minn 20 sena. Manuvri fl-1900 urew li l-Victoria Lines ma kinux f’pożizzjoni li jilqgħu attakk minn qawwa barranija jekk din tinżel f’xi waħda mill-bajjiet tat-Tramuntana ta’ Malta. Izjed minn hekk, ġie vvintat l-ajruplan allura kien inutli li jkollok ħajt difensiv meta mill-ajru tista’ tiġi attakkat ukoll.

Se tesperjenza l-istorja fil-kwartieri tal-gwerra

Ġieli smajt biIl-kwartieri tal-gwerra? Jekk qed tistaqsi fejn jinstab nistgħu ngħidulek li kemm il-darba mxejt fuqu u ma ndunajtx għaliex jinsab taħt l-art fejn hemm il-barrakka ta’ fuq

Wirt storiku t’importanza kbira tant li fiż-żmien li ġej se jibda jitgawda mill-pubbliku grazzi għax-xogħol li għamlet Fondazzjoni Wirt Artna u Malta Airport Foundation.

Dħalna nosservaw dan il-kwartieri u l-attenzjoni waqgħet fuq kamra fejn ittieħdu deċiżjonijiet kruċjali b’rabta mad-difiża ta’ Malta.

Ic-Chairman tal-Fondazzjoni Wirt Artna Mario Farrugia stqarr t-tlestija tax-xogħol se jwassal biex pajjiżna joffri l-akbar attrazzjoni turistika taħt l-art.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Tarbija ta’ xahar tinstab qawwija u sħiħa mal-għarus tal-omm

It-tarbija ta’ xahar li s-Sibt instabet qawwija u sħiħa wara li allegatament inħatfet minn karozza nhar il-Ġimgħa, instabet mal-għarus tal-omm li m’huwiex missier it-tarbija. Filfatt, b’rabta ma dan il-każ ġiet arrestata ukoll t-tfajla tal-istess għarus tal-omm.

Kieku jumejn ta’ tensjoni fl-Afrika ta’ Isfel, wara li allegatament żewġ suspettati waqqfu karozza, ħatfu tarbija u telqu biha f’karozza oħra. Il-każ ġibed attenzjoni kbira għax saret kampanja qalila permezz tal-mezzi tax-xandir, u madwar mitt uffiċjal tal-Pulizija kienu involuti fit-tfittxija. Filfatt, wara dan l-iżvilupp, l-awtoritajiet stqarru d-dispjaċir tagħhom għal ħela ta’ flus u riżorsi li allokaw għal dan il-każ.

Aqra aktar

Mara unika – Jeanesse Abela issa se nibdew narawha fid-drama Division 7

Jeanesse Abela, ta’ 40 sena, saret isem magħruf ma’ ħafna. Il-mantra tagħha hi billi jkollok diżabiltà, m’għandekx tieqaf milli  tagħmel dak li tixtieq fil-ħajja.

U fil-fatt, bdiet avventura ġdida, li din id-darba qed twassal biex narawha fuq l-iscreens tat-televiżjoni.

Jeanesse se jkollha rwol f’Division 7, drama orjentat f’ħabs, b’ħafna intriċċi u stejjer individwali li lkoll jgħaqdu fi storja waħda ewlenija.

Jeanesse se tkun oħt karattru ieħor bl-isem ta’ Amy, u l-preżenza tagħha mhix se tkun ta’ darba imma se nkunu qed narawha kull tant żmien. Minkejja li se tkun qed tirreċta, se tkun qed tippreżenta ruħha b’mod veritier. Se tkun il-Jeanesse li nafu – persuna b’diżabiltà li xejn ma jwaqqafha.

Aqra aktar

NITKELLMU MA’ XHUD: il-każ tal-għalliema li weħlet ħames snin ħabs

  • “MHUX QED NORQOD BILLEJL”

Għalliema ta’ 34 sena ġiet ikkundannata ħames snin ħabs wara li l-Qorti sabitha ħatja li f’Mejju 2011 tajret żewġ aħwa anzjani f’Ħ’Attard. Il-Qorti qalet li l-mara qatlet wieħed mill-aħwa b’mod involontarju.

L-għalliema kienet qed issuq lejn ir-Rabat, biex tmur lura d-dar wara x-xogħol, meta kienet għaddejja minn Triq l-Imdina, it-triq li fiha sar dan l-inċident. Dorianne Camilleri nstabet ħatja bil-qtil ta’ Alfred Zahra residenti mill-Imsida filwaqt li kkawżat ġrieħi gravi fuq oħtu, Carmela Zahra.

Fi smigħ ta’ dan il-każ, il-Qorti kkunsidrat li Dorianne kienet l-unika xhud ta’ dan l-inċident, għax ir-raġel miet jumejn wara filwaqt li wara l-inċident u oħtu ma tiftakarx x’ġara u baqgħet b’diżabbilta.

Aqra aktar

390 Ingliż ieħor iridu ċittadinanza Maltija

Is-sena li għaddiet kien hemm 390 Ingliż li għamlu talba għal ċittadinanza Maltija mal-Awtoritajiet Maltin.

Din hija żieda sinifikanti fuq is-sena ta’ qabel meta l-Aġenzija Identità Malta rċeviet 196 talba għal ċittadinanza Maltija minn persuni ta’ nazzjonalità Ingliża. Naturalment din hija konsegwenza diretta ta’ Brexit fejn il-maġġoranza tal-poplu tar-Renju Unit iddeċieda li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Xi ħaġa li xejn ma niżlet tajjeb ma’ Ingliżi li jgħixu f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, fosthom Malta.

Dan għax bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea jgawdu minn moviment ħieles fl-Unjoni Ewropea u f’pajjiż ieħor igawdu minn iktar drittijiet. Xi ħaġa li forsi ma kinetx fuq l-aġenda ta’ dawk li fost ir-raġunijiet li vvotaw kontra hemm li ma jridux persuni minn pajjiżi oħra jkollhom l-istess drittijiet li għandhom huma fir-Renju Unit.

Aqra aktar

Send this to a friend