storja – One News

Notifiki

Minn infermiera tal-Mediterran għal arena ta’ qtil

L-aħbar xokkanti tal-qtil tal-Arċiduka Franz Ferdinand u l-Arċidukessa f’Sarajevo fit-28 ta’ Ġunju 1914, nisslet sensazzjoni profonda mal-Ewropa kollha. Dan il-qtil kien rifless f’għaġeb u biża’ mhux biss f’Malta iżda ssarraf ukoll f’nuqqas ta’ sigurtà fl-Ewropa, li wassal għall-Ewwel Gwerra Dinjija.  Fid-29 ta’ Lulju tal-istess sena, sitt ijiem qabel mal-Gran Britannja ddikjarat formalment il-gwerra tagħha kontra l-Ġermanja, id-Deputat Direttur tas-Servizzi Mediċi, il-Kurunell Kmandant Michael William Russell, sejjaħ lill-uffiċjali mediċi tiegħu lura mill-vaganzi u lesta l-erba’ sptarijiet li kien hawn Malta għal kulma seta’ jinqala’.Aqra aktar

Jekk m’għandekx fejn tmur il-Ħadd, mur lura fiż-żmien!

Nhar il-Ħadd li ġej, il-Katakombi Ta’ Bistra se jkunu miftuħa għall-pubbliku bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Mosta. Il-Katakombi Ta’ Bistra huwa l-akbar kumpless ta’ oqbra u katakombi li nstab s’issa il-barra mir-Rabat, Malta. Peress li qiegħed f’distanza ta’ madwar 15 il-minuta miċ-ċentru tal-Mosta, dan is-sit ta’ Heritage Malta huwa ideali biex jikkumplimenta lil postijiet popolari oħra fl-inħawi, fosthom il-Bażilika tal-Assunta, li hija aktar magħrufa bħala r-Rotunda tal-Mosta.Aqra aktar

Se tkun tista’ żżur it-Tempju ta’ Borġ in-Nadur għal €3 biss!

 

It-Tempju ta’ Borġ in-Nadur f’Birżebbuġa se jibda’ jkun miftuħ għall-pubbliku kuljum, bil-biljetti jiswew €3 biss għall-adulti, €2.50 għall-anzjani u studenti, u €2 għat-tfal.

Dan se jkun l-24 sit ta’ Heritage Malta li se jkun aċċessibbli għal kull min jixtri l-multisite pass u għall-membri ta’ Heritage Malta. Se jkun hemm ukoll open day fis-siti ta’ Għar Dalam u t-Tempju ta’ Borġ in-Nadur fit-22 ta’ Lulju, fejn il-pubbliku jista’ jidħol bla ħlas.

It-Tempju ta’ Borġ in-Nadur kien jintuża kemm fi żmien it-tempji kif ukoll fi żmien il-bronż, u jinsab f’post uniku bejn żewġ widien u faċċata tal-baħar. Is-sit kien skavat f’madwar l-1920 mill-arkeologa Margaret Murray, u l-fdalijiet u l-oġġetti li nstabu waqt l-iskavar għadhom qed ikunu analizzati sal-lum minn riċerkaturi li qed jużaw teknoloġiji li ma kinux disponibbli għall-arkeologi fil-passat.

Issa, dan is-sit se jkun miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ħadd matul is-sena kollha, ħlief fil-Ġimgħa l-Kbira, lejliet il-Milied, jum il-Milied, lejliet l-Ewwel tas-Sena, u jum l-Ewwel tas-Sena.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-siti u mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta, bl-eqreb wieħed ikun Għar Dalam. Il-biljetti għal Borġ in-Nadur

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura, u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li l-Gvern huwa mpenjat li jippreserva u jieħu ħsieb postijiet storiċi bħal Borġ in-Nadur,  “minħabba li dan huwa l-bażi soda li fuqu jserrħu l-preżent u l-futur. Is-siti ta’ Heritage Malta huma xhieda tal-importanza li għandha l-istorja tagħna u l-ħidma tagħna hija li nassiguraw li dawn is-siti jkunu aċċessibbli u disponibbli għall-komunità”.

Wieħed jista’ wkoll iżur is-sit uffiċjali ta’ Heritage Malta għal iktar informazzjoni.

 

 

ARA: Iniedu dokumentarju dwar il-Konvoj ta’ Santa Marija

Ġie mniedi dokumentarju sabiex jinġabru l-memorji importanti ta’ dan l-avveniment mil-lenti tan-nies li għexu dawk iż-żminijiet. Dan sar bl-għajnuna ta’ studenti mill-kulleġġ ta’ Santa Margerita f’Bormla li intervistaw diversi anzjani dwar il-ħajja tagħhom dak iż-żmien li tkellmu dwar it-tbatijiet li għaddew minnhom fil-ġimgħat u x-xhur li waslu għal wasla tal-Konvoj ta’ Santa Marija f’Malta.

Aqra aktar

Mill-arkivji ta’ Bormla…tifkiriet sbieħ

Kos hux?! Toqgħod taħseb…min jaf in-nies fl-imgħoddi ħasbux kif se jinbidlu d-drawwiet, il-karatteristiċi ta’ pajjiżna u l-mod li naħsbu bih maż-żmien.

Huwa ħsieb ukoll preżenti tista’ tgħid għax jekk toqgħod taħseb; min jaf kif għad irid jinbidel iżjed madwarna?!

Il-bniedem jiġi u jmur u warajh iħalli l-marka tiegħu; jista’ jkun b’xi monument, ġrajja jew tradizzjoni.

U għalhekk huwa sabiħ li ngħożżu dak li għandna għax irridu niftakru li l-ħajja hija ċiklu u ż-żmien itir.

Ritratt li juri Triq il-Gendus li kienet msejħa Strada Toro f’Bormla juri ammont ta’ nies jitkellmu barra u tfal jilgħabu. Illum il-mument huwa mod ieħor; it-tfal ma jilgħabux barra iżda jilgħabu b’mod solitarju għax it-teknoloġija rebħet. Ma jfissirx li huwa ħażin għal kollox għax fejn hemm bilanċ, hemm l-hena.

L-iskop huwa li nfakkru l-passat b’mod nostalġiku u nsellmu lil ta’ qabilna. Min jaf…għad isellmu lilna wkoll.

Minn kull ma ħlomt f’żgħożiti

Minn kull ma ħlomt f’żgħożiti,

infittex kollox baħħ,

Il-qalb xiħa w għajjiena

Ma tafx tgħid ħlief “aħħ”.

Li ħlomt kien kollu ħolma,

Li għext kien ħajja biss.

Aħ kieku t-tnejn ingħaqdu,

Il-qamar kont immiss.

Issa qasira l-ħajja,

U l-ħolm duħħan itir……..

 

Kos hux, iż-żmien itir u ma jistenna lil ħadd. Fil-mument ma nirrealizzawx għax nirsistu għall-aħjar, kultant bi sfida ma’ xulxin u f’tellieqa waħda qisu qatt mhu se mmutu. U mn’alla nħarsu ‘l quddiem għax kieku wieħed joqgħod jaħseb, tispiċċa titlef il-konċentrazzjoni tal-ħajja. Jibqgu biss il-memorji, il-kitbiet bħal din il-poeżija ta’ Rużar Briffa, il-plakek mal-ħitan u monumenti u niċeċ bħal din li tidher fir-ritratt.

Din in-niċċa ħelwa bi plakka għall-iskrizzjoni taħtha, tinsab wara t-Torri Cumbo, fi Triq it-Torri kantuniera ma’ Triq id-Durumblat fil-Mosta. ir-ritratt huwa ta’ Mark Anthony Bugeja.

15-il jum biss il-bogħod mill-Festa

Ninsabu biss 15-il jum bogħod minn dik li qed titqies bhala l-akbar ċelebrazzjoni fil-Kapitali Maltija mill-Indipendenza l’hawn. Bosta attivitajiet ma jaqtgħux, ħa joffru spettaklu lil kulħadd tul is-sena li għadha kemm bdiet, u li warajha se tħalli legat li se jibqa’ jissemma. Bosta attivitajiet ser jibdew mill-14 tax-xahar u jilħqu quċċata fl-20 ta’ Jannar permezz tal-attivita’ Erba’ Pjazez. L-ispettaklu se jsir kull siegħa fil-pjazez prinċipali Beltin: Pjazza Tritoni (Il-Qawma tat-Tritoni), Pjazza San Ġorg (Qalbna), Pjazza San Ġwann (Elfejn u tmintax) u Pjazza Kastilja (Minn Qiegħ l-Imgħoddi għall-Quċċata tal-Ġejjien)

Aqra aktar

Send this to a friend