stefan zrinzo azzopardi – One News

Notifiki

ARA: Il-liġi tal-IVF approvata mill-istadju ta’ kumitat – l-oppożizzjoni tivvota kontra emenda tagħha stess

Il-liġi tal-IVF ġiet approvata mill-istadju ta’ kumitat parlamentari. Il-Ministru Chris Fearne qal li dan huwa pass importanti li jissapportja ħajjiet ġodda.

Fl-istess waqt, il-Membru Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi saħaq li membri tal-Opożizzjoni ivvutaw kontra l-proposta biex iseħħ dan il-progress li ppreżenta Chris Fearne. Proposta li wara kollox kienet imresqa minn membru tal-oppożizzjoni stess.

Eqreb lejn it-tneħħija tat-tankijiet tal-fuel f’Birżebbuġa

Residenti minn Birżebbuġa, b’mod partikolari dawk li jgħixu viċin il-ħażna tat-tankijiet tal-31 ta’ Marzu qed jistennew b’ħerqa s-sena d-dieħla għax se tkun tfisser li jispiċċaw proġetti li se jagħtu d-daqqa tal-mewt lil dawn it-tankijiet tal-ħażna tal-fuel li l-Gvern wiegħed li se jneħħi. Ikkonferma dan il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi li fil-Parlament kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi.

Aqra aktar

Il-Maltin għażlu valuri b’saħħithom

Fl-aħħar snin il-Maltin għamlu għażliet ċari favur valuri b’saħħithom li kienu implimentati grazzi għall-politika tal-gvern.  Fost dawn il-valuri hemm dawk tal-opportunitajiet lil kulħadd, l-ugwaljanza, il-ġustizzja, il-ħajja u l-ambjent.

Qalu dan id-deputati Laburisti Rosianne Cutajar u Stefan Zrinzo Azzopardi meta fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista rreferew għal sensiela ta’ dikjarazzjonijiet li l-PN tilef l-elezzjoni li għaddiet għax il-Maltin ma jagħtux każ il-valuri bħalma jagħmlu l-Ewropej.

Aqra aktar

Tgħalaq 100 sena

Dalgħodu l-Ministru Owen Bonnici u l-Membru Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi żaru lis-Sinjura Maria Concetta Callus.

Is-Sinjura Callus li tgħalaq għeluq snina illum, għalqet 100 sena.

Dan ir-ritratt ikompli jxejjen ir-rapporti ta’ diżgwit bejn id-Deputati li ġie allegat fuq  fil-faċċata tal-ġurnal In-Nazzjon ftit tal-jiem ilu.

 

Send this to a friend