Stefan Buontempo | One News

Notifiki

€700,000 aktar għall-Kunsilli Lokali

Il-Kunsilli Lokali se jgawdu minn €700,000 li se jinqasmu f’ħames mitt elf ewro minnhom biex jużawhom għal wiċċ ġdid tat-toroq u €200,000 oħra se jmorru sabiex jinbena ċentru ċiviku f’Ħaż-Żebbuġ permezz ta’ Memorandum of Understanding li ġie ffirmat illum.

Aqra aktar

Tal-Kunsill Lokali qdewk sew? Se jingħataw taħriġ

 L-Uffiċjali tal-Kunsilli Lokali li jagħtu servizz liċ-ċittadini ser ikunu qed jingħataw taħriġ speċjali sabiex ikompli jitjieb is-servizz li jingħata liċ-ċittadini u dawk kollha li jiġu bżonn is-servizzi tal-kunsilli lokali. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo waqt it-tnedija tat-tieni edizzjoni tal-Premju Segretarju Eżekuttiv.

Aqra aktar

Miljun ewro biex il-Kunsilli Lokali joħorġu b’ideat għal proġetti ġodda

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo qal li ser tingħata s-somma ta’ miljum ewro sabiex il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu joħorġu b’ideat għal proġetti ġodda.

“It-tip ta’ ħajja li qed ngħixu saret tiddependi ħafna fuq it-teknoloġija tal-informatika fejn ħafna servizzi li jkollna bżonn huma offruti b’mod faċli elettronikament,” żied jgħid Stefan Buontempo.

Għal dan il-għan ir-Reġjun tan-Nofsinhar b’ kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali li jifformaw parti mill-istess reġjun, qed jorganizza kors bl-isem ta’ EM Citizen għal adulti u anzjani sabiex jitgħallmu jużaw is-servizzi elettroniċi.
Aqra aktar

Jiżdied b’erba’ miljun ewro l-baġit għall-Kunsilli Lokali

Il-Gvern żied il-baġit għall-kunsilli lokali b’erba’ miljun ewro. B’kollox il-baġit għall-kunsill lokali se jkun €43 miljun .
Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali Stefan Buontempo, li qal ukoll li l-Gvern se jkun qed jalloka mas-€17-il miljun għat-tindif fit-toroq fil-lokalitajiet.
Ma dawn il-fondi jiżdiedu miljun ewro għall proġetti kapitali li se jibbenefikaw minnhom 29 kunsill, bi progetti bħall-bini ta’ centri ċiviċi f’Marsaskala, il-Fgura, u l-Qrendi, u numru ta’ ġonna f’lokalitajiet oħra.
Buontempo qal li l-Gvern se jkun qed josserva li l-flus jitqassmu b’mod tajjeb mill-kunsilli lokali. Tkellem ukoll dwar l-importanza tal-kunsilli lokali f’ħajjet iċ-ċittadini.

Il-Gvern għen fl-organizazzjoni t’aktar minn 60 attività kulturali din is-sena

Il-Gvern din is-sena qed jgħin fl-organizazzjoni t’aktar minn 60 attivita’ kulturali f’Malta u Għawdex.

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo, fil-Floriana, fejn nhar il-Ħadd li ġej il-Kunsill Lokali tal-Floriana se jerġa’ jorganizza Ġenna ta’ Ġonna. Din tessebixxi tassew il-ħdura u l-fjur tal-ġonna li tħaddan din il-lokalita’ flimkien ma’ dak kollu li għandu x’jaqsam mal-kultura u l-istorja Maltija.

Aqra aktar

102 persuni jirċievu ċertifikat wara li lestew il-kors ‘Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar’

Waqt attività li saret ġewwa l-Aula Magna fil-Belt Valletta, 102 persuni ngħataw ċertifikat wara li temmew b’suċċess il-kors Għaqal id-Dar, Ħajja Aħjar. Il-parteċipanti kienu ġejjin mil-lokalitajiet tal-Mosta, Kirkop, Sliema u Paola.

Meta kien qed jindirizza lil dawk preżenti, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia faħħar il-ħidma kollha li qed issir min-naħa tal-kunsilli lokali flimkien mal-Home Economics in Action.

Permezz ta’ dan il-kors aktar nies qegħdin jitgħallmu fost l-oħrajn kif iqassmu flushom aħjar u jagħmlu budget, kif iġemmaw u jinvestu bil-għaqal, kif jistgħu jippjanaw għall-bidu ta’ negozju żgħir jew kif jidħlu fid-dinja tax-xogħol, u ngħataw gwida ta’ kif jsajru dieta aktar bilanċjata fost l-oħrajn.

Aqra aktar

Kampanja edukattiva favur sewqan aktar responsabbli

L-aġenzija responsabbli għall-infurzar (LESA) nediet kampanja edukattiva fejn jidħol sewqan.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet lejliet bidu ta’ sena skolastika ġdida, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo qal li r-raġuni wara dan il-ħsieb huwa li jkun hawn sewwieqa iktar eżemplari, li jirrispettaw l-liġijiet tat-traffiku u jgħinu sabiex jonqsu l-inċidenti stradali.

Raymond Zammit, Kap Eżekuttiv ta’ LESA, qal li kemm ilha mwaqqfa l-aġenzija, ma naqas qatt il-moniteraġġ fejn jidħol traffiku. L-ammont ta’ vetturi fit-toroq ilaħħaq it-350,000.

Qed jiġu rrapurtati mat-30 ħabta meqjusa żgħar kuljum u sfortunatament ħabtiet akbar li qed iħallu anke’ imwiet.

Zammit qal li bl-għajnuna tal-gwardjani lokali jixtieq li jkomplu jedukaw il-pubbliku. Permezz ta’ ‘pubbliku’ irrefera kemm ghas-sewwieqa kif wkoll ghall dawk in-nies li ma jsuqux izda jużaw it-toroq, fosthom tfal u anzjani.

Aqra aktar

Xogħlijiet li se jtejbu ħajjet ir-residenti ta’ Santa Luċija

It-Tlieta filgħodu, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo żar il-lokalita ta’ Santa Luċija, fejn segwa mill-qrib diversi xogħlijiet infrastrutturali li jinsabu għaddejjin.

Fost dawn kien hemm il-ġnien tal-bandli. Hawnhekk sar tranġar tal-istrutturi li bihom jilgħabu t-tfal filwaqt li kontinwament ikun hemm it-tindif tal-istess żona u manutenzjoni meta jinqala l-bżonn.

Xogħol ieħor li qed isir huwa dak tat-tranġar ta’ ċnut u ħitani baxxi f’Santa Luċija. Dawn qatt ma ngħataw l-attenzjoni neċessarja bil-possibilta’ li setgħu iħallu konsegwenzi koroh.Aqra aktar

Send this to a friend