statwa – One News

Notifiki

FILMAT: L-Irxoxt ta’ Ħal Luqa jingħata l-kulur

Ingħatat il-kulur l-iskultura fl-injam tal-kewba, xbiha ta’ Ġesù Kristu irxuxtat, b’detallji li tassew jiġbdu l-għajnejn, magħmulha b’tant reqqa mill-iskulturi Għawdxin Michael u Adonai Camilleri Cauchi.

ONE News mar il-garaxx tal-benefattur, Emanuel Ciappara, li fih kien qed isiru l-aħħar irtokki fuq l-istatwa. Hemmhekk stajna naraw ix-xogħol tal-artisti li minn tnaqqix fl-injam, li kien l-aktar proċess diffiċli, iffurmat statwa li tpaxxi l-għajnejn.Aqra aktar

Inawgurata l-itwal statwa fid-dinja

L-Indja inawgurat l-itwal statwa fid-dinja, li swiet $430 miljun  biex tinbena. L-istruttura tal-bronż hija twila 188 metru  u ġiet disinjata minn skultur Indjan, tinsab fl-istat ta’ Gujarat. Hija tfakkar il-memorja tal-mexxej indipendenti Sardar Vallabhbhai Patel.Aqra aktar

L-ewwel festa ta’ San Vinċenz De Paule bi statwa ġdida

Wara t-tisbiħ fir-residenza għall-anzjani ta’ San Vinċenz de Paule, issa r-residenza ċċelebrat għall-ewwel darba l-festa ta’ San Vinċenz de Paule.  Festa tradizzjonali Maltija li laħqet il-qofol tagħha fil-pjazza tar-residenza bit-tberik tax-xbiha ta’ San Vinċenz mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.  Aqra aktar

Filmat: Statwa ġdida għal Santa Katarina

Ilbieraħ filgħaxija, bosta Żrieraq kienu qegħdin fuq ix-xwiek biex isegwu iċ-ċerimonja ta’ inawgurazzjoni tal-istatwa tal-monument ta’ Santa Katarina f’Misraħ ir-Reppublika ż-Żurrieq.

Lura fiż-żmien, it-tradizzjoni kienet tgħid li l-istatwa titulari tkun dejjem f’tarf ir-raħal. Infatti, fl-1766 kien hemm statwa fit-tarf taż-Żurrieq, dik ta’ Santa Katarina. Huwa għalhekk li fid-dawl ta’ tliet anniversarji importanti għaż-Żrieraq.Aqra aktar

Il-vara titulari lura f’Santa Venera

Wara xogħol ta’ restawr intensiv u induratura ġdida u oriġinali li sar fuq il-vara titular ta’ Santa Venera Verġni u Martri, din se tinġieb lura f’Santa Venera nhar it-Tnejn, 24 ta’ Lulju, biex tieħu l-post li jixirqilha fiċ-ċelebrazzjonjiet li qegħdin isiru bħala parti mill-festa titular li jilħqu l-qofol tagħhom nhar il-Ħadd, 30 ta’ Lulju – Jum il-Festa.

Meta Santa Venera saret parroċċa bil-limiti indipendenti tagħha nhar l-4 ta’ Settembru 1918, ir-residenti tar-raħal bdew jaħsbu biex ikollhom vara ta’ daqs tajjeb biex tinħareġ proċessjonalment fl-ewwel festa titular ta‘ din il-parroċċa l-ġdida sena wara. Kien Tumas Dalli, benefattur kbir tal-knisja ta’ Santa Venera, li daħal biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż involuti.Aqra aktar

Il-PN b’gidba dwar STATWA

  • Mhux minnu li se titneħħa l-istatwa tad-Duluri fl-Emerġenza 

Wara li l-media tal-Partit Nazzjonalista ppubblikat storja li se titneħħa l-istatwa tad-Duluri li hemm fl-Emerġenza tal-isptar Mater Dei, il-Ministeru għas-saħħa wieġeb fi stqarrija li din l-istatwa “hemm kienet u hemm se tibqa’.”

Aqra aktar

Inawgurata l-istatwa rrestawata ta’ Sant Andrija f’Ħal Luqa

Ġiet inawgurata l-istatwa restawrata ta’ Sant Andrija ġewwa Ħal Luqa.

Għal din l-inawgurazzjoni kien hemm preżenti s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo u d-Deputat Parlamentari Silvio Schembri. Is-Sindku ta’ Ħal Luqa rringrazzja lill-Gvern tal-għajnuna li qed jgħati lil-lokalitajiet anke permezz tal-iskema ta’ restawr li minn 35 applikant intgħażlu ħamsa.

Aqra aktar

Send this to a friend