stati uniti – Page 9 – One News

Notifiki

Irid ilaħħaq lil ibnu tar-rispett

Demokratiċi Amerikani qed joġġezjonaw id-deċiżjoni tal-President elett Donald Trump biex ibnu tar-rispett isir wieħed mill-ogħla konsulenti. Huma ħafna dawk li qed jesprimu tħassib dwar nepotiżmu u kunflitt ta’ interess.

Hemm min saħansitra qed jitlob lid-Dipartiment tal-Ġustizzja u l-uffiċċju tal-Gvern inkarigat mill-etika li jiflu “kwistjonijiet legali” marbuta mal-ħatra ta’ Jared Kushner, 35. L-avukat tiegħu, minn naħa l-oħra, qed jgħid li l-kariga ma tiksirx liġijiet.

Kushner huwa miżżewweġ lil bint Sur Trump Ivanka u qal li bi ħsiebu se jirriżenja minn kap tal-proprjetà tan-negozju tal-familja.

 

Bonnici u Abela jirrappreżentaw lil Malta f’Washington

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici, u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, attendew għal-Laqgħa Ministerjali bejn l-UE u l-Istati Uniti fuq il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni organizzata mill-Istati Uniti f’Washington.

Din il-laqgħ ssir bil-għan li tevalwa l-koperazzjoni Trans-Atlantika fil-ġlieda kontra t- terroriżmu u l-kriminalità internazzjonali.

Il-Ministri Maltin taw ħarsa lejn il-prijoritajiet fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern fl-ewwel nofs tal-2017, waqt il-perjodu tal-Presidenza Maltija tal-UE.

Qalu li f’dan iż-żmien Malta se tkompli taħdem biex issaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiddiskuti sfidi komuni fil-qasam tas-sigurtà għal benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej.

Aqra aktar

Pulizija maqtula fl-Istati Uniti

Pulizija tilef ħajtu u tlieta oħra indarbu wara sparaturi li seħħew f’ibliet differenti fl-Istati Uniti.

Dak li tilef ħajtu kellu 50 sena u kien stazzjon f’San Antonio f’Texas. Kien ilu 20 sena jagħmel dan ix-xogħol.

Sparatura oħra seħħet f’St Louis meta Pulizija kien fil-karozza tax-xogħol. Hawn is-suspettat spara żewġ tiri, u wieħed minnhom laqat lill-pulizija f’rasu. Il-konsegwenzi huma serji tant li jinsab f’kundizzjoni kritika.

L-inċidenti l-oħra saru fi Florida u Missouri. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każi biex tidentifika l-moħħ wara dawn l-isparaturi. Qalet iżda li anke issa, jistgħu ikunu perikolużi.

Aqra aktar

Send this to a friend