stati uniti – Page 8 – One News

Notifiki

L-istat ta’ Seattle jiddeċiedi li jwaqqaf il-‘Muslim ban’ ta’ Trump

Imħallef Amerikan f’Seattle ħareġ waqfien temporanju għad-deċiżjoni tal-Prisedent Donald Trump li ma tħallix vjaġġar minn seba’ pajjiżi Musulmlani.

L-Imħallef James Robart iddeċieda kontra l-auvkati tal-Gvern, li qed jinsistu li stati Amerikani m’għandhomx id-dritt jopponu l-ordni eżekuttiva ta’ Trump.

Intant id-deċiżjoni ħolqot protesti u taħwid fl-ajruport Amerikani. Madwar 60,000 visa ttieħdet lura minn meta Trump ħabbar id-deċiżjoni. Iżda uffiċjali mill-White House iddeskrivew id-direttiva ta’ Trump bħala legali u f’lokha.

L-Amerka b’sanzjonijiet ġodda fuq l-Iran

L-amministrazzjoni tal-President Amerikan Donald Trump qed timponi sanzjonijiet ġodda fuq l-Iran wara test riċenti li sar fuq missila ballistika. Id-Dipartiment Amerikan tat-Teżor ħabbar il-miżura kontra tlettax-il persuna u diversi kumpaniji fil-jum tal-Ġimgħa. Fuq Twitter, il-President Trump kiteb li l-Iran qed jilgħab man-nar u m’apprezzawx kemm Obama kien ħanin magħhom, għal kuntrarju tiegħu. Iżda uffiċjali tal-Iran qalu li pajjiżhom mhux se joqgħod għal theddid inutli minn persuna bla esperjenza.

L-inkwiet ikompli jberren fl-Istati Uniti – id-Demokratiċi jagħmlu boycott

Demokratiċi fil-Kumitat tal-Finanzi tas-Senat Amerikan qed jagħmlu boycott fuq il-vot li jrid jitfgħu għal żewġ persuni li nnomina Donald Trump.

Qed jinsistu li jridu jkunu jafu aktar dwar l-attivitajiet finanzjarji tan-nominat Tom Price, li Trump iridu responsabbli mill-qasam tas-saħħa, u Stephen Mnuchin, li jridu responsabbli mit-teżor.

Hemm aktar deċiżjonijiet ta’ Trump li jridu jaffaċjaw vot, fosthom Jeff Sessions bħala Avukat Ġenerali. 

Il-Parlament ifakkar l-olokawst…isir appell importanti

Il-Parlament ilbieraħ filgħaxija fakkar is-70 anniversarju tal-olokawst u żamm minuta silenzju biex jagħti ġieħ lill-vittmi – sitt miljun Lhud, fosthom 1,500,000 tifel u tifla.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist  Bartolo qal li l-okkazzjoni m’għandhiex tkun biss tifkira tal-vittmi iżda li naħdmu biex nitgħallmu l-lezzjonijiet minn dan l-avveniment ħalli affarijiet koroħ bħal dawn ma jerġgħux jiġru.

Aqra aktar

Maltin iqumu kontra Trump

“Donald Trump rebaħ l-elezzjoni presidenzjali tal-2016 u issa qed jaħtar nies b’mod li jqajjem bosta suspetti. Iċ-ċittadini qed jistaqsu kif in-nazzjoni jista’ jimxi ‘l quddiem b’kap li huwa omofobiku, razzist, xenofobiku u sessist”.

Hekk inkiteb fuq is-sit change.org; sit fejn ikunu ffirmati petizzjonijiet li f’ċertu okkażjonijiet verament iwasslu għal biddla.

Din il-petizzjoni s’issa iffirmawha aktar minn 107,908 persuna, iżda jonqos ħafna aktar għall-ammont mixtieq.

Aqra aktar

Trump favur li t-terroristi jiġu ttorturati

Il-President il-ġdid tal-Istati Uniti qal li jrid jiġġieled it-terroriżmu permezz tat-tortura. Huwa jaqbel li t-tortura, speċifikament il-waterboarding terġa’ tiġi legali fl-Istati Uniti għax jemmen li hekk biss tista’ tiġi indirizzata din il-problema.

Aqra aktar

RITRATTI: Attendenza fqira waqt l-inawgurazzjoni ta’ Trump

Ftit tal-ġimgħat ilu, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, kien qal li se jkollu ħafna aktar nies minn qatt qabel jattendu għall-inawgurazzjoni tiegħu. Minkejja t-twissija li dan ma kienx se jkun il-każ, il-President kien kiteb “Il-Jum tal-Inawgurazzjoni se jkun akbar minn qatt qabel. Ħudu gost!”

Fl-2009 Barack Obama kellu rekord ta’ 1.8 miljun persuna li attendew għall-Jum tal-Inawgurazzjoni, fejn Trump kien qal li se jkun qed jaqbeż dan in-numru. Iżda minn ritratti li ttieħdu waqt iż-żewġ okkazzjonijiet, ma jurux dak li qal li se jiġri Trump.
Aqra aktar

Send this to a friend