stati uniti – Page 7 – One News

Notifiki

“Ġib evidenza” – messaġġ lil Donald Trump

Is-Senatur Repubblikan tal-Istati Uniti Ben Sasse appella lill-President Amerikan Donald Trump biex jipprovdi evidenza li ssaħħaħ l-allegazzjonijiet tiegħu kontra Barack Obama.

Dan wara li lbieraħ, fuq Twitter, Trump akkuża lil-predeċessur tiegħu bi spjunaġġ fuq it-telefonati li għamel xahar qabel ġie elett.

Aqra aktar

Ir-Russi u ċ-Ċiniżi kontra s-sanzjonijiet fis-Sirja

Ir-Russja u ċ-Ċina użaw il-veto biex imblukkaw riżoluzzjoni imħejjija mill-pajjiżi tal-Punent biex idaħħlu fis-seħħ sett ta’ sanzjonijiet ġodda fis-Sirja.

Dan ġej wara li allegatament il-Gvern tal-President Sirjan Bashar Al-Assad uża aktar armi kimiċi.

Il-pajjiżi tal-Punent u r-Russja u ċ-Ċina ta’ spiss ma ftehmux bejniethom dwar il-kunflitt tas-Sirja iżda dan huwa wieħed minn tal-ewwel li qed iseħħ meta fl-Amerka hemm Donald Trump bħala President.

L-istess Trump kien sostna li lest li jibni djalogu mar-Russja ta’ Vladimir Putin.

Il-Ministru Messikan għall-Affarijiet Barranin jikkundanna deċiżjoni li ħa Trump

Il-Messiku kkundannat il-linji gwida maħruġa mill-Istati Uniti, li taħthom kważi kull Messikan jista’ jiġi deportat.
Ir-regoli l-ġodda jinkludu nies li ma jkollhomx id-dokumenti neċessarji fejn jintbgħatu lejn il-Messiku, anke jekk ma jkunux Messikani.

Iżda l-Ministru Messikan għall-Affarijiet Barranin, Luis Videgaray qal li l-pajjiż tiegħu “ma jistax jaċċetta din id-deċiżjoni li se jkunu imposti minn Gvern fuq Fvern ieħor.”

Żewġ uffiċjali Amerikani bħalissa jinsabu fil-MEssiku sabiex jiddiskutu dawn il-miżuri.

Tfittxija għal min dendel messaġġ mal-Istatwa tal-Libertà

Il-Pulizija Amerikana fetħet investigazzjoni wara li messaġġ miktub fuq biċċa drapp kbira ġie mdendel minn persuni mhux magħrufa mal-Istatwa tal-Libertà lbieraħ. Fuq id-drapp kien hemm miktub messaġġ li jgħid “Ir-refuġjati huma milqugħa”.

Il-messaġġ iddendel fil-gallarija li bosta viżitaturi jitilgħu fiha biex ikunu jistgħu jitaxqu bis-sbuħija tax-xenarju minn daqstant għoli.

Aqra aktar

L-Istati Uniti lesta li tikkopera mal-Unjoni Ewropea

Il-Viċi-President tal-Istati Uniti, Mike Pence għamel żjara fi Brussell fejn iltaqa’ ma’ uffiċjali għoljin tal-UE, fosthom il-kap tal-Politika Barranija Federica Mogherini.

Huwa qal li l-Istati Uniti taħt it-tmexxija tal-President Donald Trump jibqa’ kommess biex jikoopera mal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

F’appell imqanqal, Trump jaqbeż għal martu

Bla dubju, li l-politiċi huma esposti għall-kritika iżda anke dawk ta’ madwarhom. Filfatt, Melania Trump, il-mara ta’ Donald Trump sa mill-ewwel ġurnata kienet affaċjata bi kritika hekk kif kienet akkużata li kienet taħdem bħala escort. Liema akkużi kienu foloz hekk kif hija rebħet il-każ li ressqet kontra l-gazzetta Ingliża fil-Qorti.

Dwar dan tkellem il-President tal-Istati Uniti f’konferenza tal-aħbarijiet u stqarr li l-mara tiegħu se tkun rappreżentanta tajba ħafna tan-nisa.

Aqra aktar

Jirriżenja dak li jagħti pariri lil Trump fuq is-sigurtà

Michael Flynn, dak li qed jagħti pariri lil Donald Trump dwar sigurtà nazzjonali, irriżenja.

Il-White House ħabbret li rriżenja minħabba kuntatti li għandu mar-Russja. Qed ikun allegat li ddiskuta sanzjonijiet Amerikani mal-ambaxxatur Russu, qabel Trump sar President. Qed jingħad ukoll li żgwida uffiċjali tal-Gvern dwar din il-konverżazzjoni li kellu.

Hu mifhum li Flynn issa huwa vulnerabbli għal theddid mir-Russja. Huwa illegali għal ċittadini iprivati li jagħmlu diplomazija f’isem l-Istati Uniti, u l-każ seħħ qabel Flynn inħatar.

 

L-istat ta’ Seattle jiddeċiedi li jwaqqaf il-‘Muslim ban’ ta’ Trump

Imħallef Amerikan f’Seattle ħareġ waqfien temporanju għad-deċiżjoni tal-Prisedent Donald Trump li ma tħallix vjaġġar minn seba’ pajjiżi Musulmlani.

L-Imħallef James Robart iddeċieda kontra l-auvkati tal-Gvern, li qed jinsistu li stati Amerikani m’għandhomx id-dritt jopponu l-ordni eżekuttiva ta’ Trump.

Intant id-deċiżjoni ħolqot protesti u taħwid fl-ajruport Amerikani. Madwar 60,000 visa ttieħdet lura minn meta Trump ħabbar id-deċiżjoni. Iżda uffiċjali mill-White House iddeskrivew id-direttiva ta’ Trump bħala legali u f’lokha.

Send this to a friend