stati uniti – Page 6 – One News

Notifiki

Forzi Amerikani jużaw ‘the mother of all bombs’

Forzi Militari Amerikani qalu li niżllu ‘the mother of all bombs’, litterlament l-omm ta’ kull bomba li qatt tniżżlet qabel, fl-Afganistan. Hija bomba ta’ 9,800 kilogramma li tniżżlet fuq mina li tintuża minn militanti tal-Istat Iżlamiku. L-isem tekniku tagħha huwa GBU-43/B Massive Ordnance Air Blast Bomb, jew aħjar MOAB. Skont il-Pentagon, tniżżlet minn ajruplan Amerikan fil-provinċja Nangarhar.

Din l-aħbar tasal sigħat biss wara li l-Pentagon ammettew attak fl-ajru fis-Sirja qatel 18-il ribell bi żball. Il-forza li ntużat fis-Sirja suppost kellha tkun fuq post partikolari tal-IS, iżda minflok inqatlu fibelli mil-Forzi Demokratiċi Sirjani, li għandhom appoġġ minn Washington.

Melania Trump kontra d-Daily Mail – tirbaħ Melania

Il-ġurnal Ingliż Daily Mail irid iħallas id-danni lill-First Lady tal-Istati Uniti, wara artiklu li kitbu fuq il-karriera tagħha. Fl-artiklu allegaw li Melania Trump ħadmet bħala escort, għalkemm aktar tard irtiraw l-allegazzjoni. L-istorja kienet ippublikata waqt il-kampanja elettorali fl-Istati Uniti, is-sena li għaddiet. Melania Trump aċċettat l-apoloġija tal-ġurnal filwaqt li fittxitu għal $150 miljun. L-ammont li ħadet wara l-kawża ma ġiex ippubblikat.

L-Istati Uniti twissi li lesta għal aktar attakki

L-Istati Uniti tinsab diżappuntata iżda mhux sorpriża bir-risposta Russa għall-attakki Amerikani fuq bażi tal-ajru Sirjana. Il-mibgħut tal-Istati Uniti għan-Nazzjonijiet Magħquda, Nikki Haley, wissa li l-Amerka hija lesta li tieħu aktar azzjonijiet għaliex huwa fl-interess vitali tagħha li twaqqaf it-tixrid ta’ armi kimiċi.

Aqra aktar

Lesti jagħtu evidenza dwar ir-rabtiet bejn Trump u r-Russja

Żewġ Kapijiet mis-sezzjoni tal-inteliġenza sigrieta tal-Istati Uniti lesti li jixdhu quddiem il-Kungress dwar possibilitajiet ta’ rabtiet bejn ir-Russja u l-kampanja elettorali tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump.

Huma lesti li jindirizzaw id-dikjarazzjoni mingħajr bażi li għamel Trump, fejn qal li Obama għamel spjunaġġ ta’ telefonati fuq il-linja tiegħu.

Aqra aktar

Żvelati l-ewwel dettalji dwar id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta’ Trump

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, ħallas $38 miljun f’taxxa fuq dħul ta’ aktar minn $150 miljun fl-2005, dan skont ftit dettalji mhux uffiċjali li ġew żvelati minn sorsi dwar id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta’ Trump.

Iż-żewġ paġni bid-dettalji tad-dikjarazzjoni tat-taxxa juru wkoll li hu ddikjara $103 miljun f’telf, skont informazzjoni li ġie żvelat mill-istazzjon MSNBC.

Aqra aktar

Send this to a friend