stati uniti – Page 4 – One News

Notifiki

Diversi Stati Amerikani fi Stat ta’ Emerġenza

Diversi Stati Amerikani ddikkjaraw Stat ta’ Emerġenza minħabba l-urugan Florence li qed jaħkem l-Istati Uniti din il-ġimgħa. Uffiċjali qed iwissu li hemm ċans li l-livell għoli tal-ilma jkun theddida għal ħajjet ir-residenti.

Intant, l-Istati ta’ Virginia, Maryland, Washington DC, u l-Carolinas, kollha ddikkjaraw Stat ta’ Emerġenza. Aqra aktar

L-Istati Uniti tgħid li l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem hu fossa ta’ xaqlib politiku

L-Istati Uniti telqet ‘il barra mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, hekk kif kien deskritt mill-istess pajjiżi bħala fossa ta’ xaqlib politiku.

Nikki Haley, il-mibgħuta speċjali tal-Istati Uniti, qalet li dal-Kunsill huwa ipokritu u jaqdi lilu nnifsu, filwaqt li jwaqqa għaċ-ċajt id-drittijiet tal-bniedem. Is-sena l-oħra, Haley akkużat lill-kunsill b’xaqlib kroniku u kontra l-Iżrael, u qalet li l-Istati Uniti kienet qed terġa tikkunsidra s-sħubija tagħha fih.

Il-Kunsill, li kien iffurmat fl-2006, kien ikkritikat li jħalli pajjiżi b’dubji serji fuq id-drittijiet tal-bniedem ikunu membri. Iżda attivisti qalu li jekk l-Istati Uniti jieħdu dal-pass, jaf l-isforzi li qed isiru biex jissorveljaw u jindirizzaw abbużi tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja jieħdu daqqa lura.

Send this to a friend