stati uniti | One News - Part 3

Notifiki

L-Istati Uniti tgħid li l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem hu fossa ta’ xaqlib politiku

L-Istati Uniti telqet ‘il barra mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, hekk kif kien deskritt mill-istess pajjiżi bħala fossa ta’ xaqlib politiku.

Nikki Haley, il-mibgħuta speċjali tal-Istati Uniti, qalet li dal-Kunsill huwa ipokritu u jaqdi lilu nnifsu, filwaqt li jwaqqa għaċ-ċajt id-drittijiet tal-bniedem. Is-sena l-oħra, Haley akkużat lill-kunsill b’xaqlib kroniku u kontra l-Iżrael, u qalet li l-Istati Uniti kienet qed terġa tikkunsidra s-sħubija tagħha fih.

Il-Kunsill, li kien iffurmat fl-2006, kien ikkritikat li jħalli pajjiżi b’dubji serji fuq id-drittijiet tal-bniedem ikunu membri. Iżda attivisti qalu li jekk l-Istati Uniti jieħdu dal-pass, jaf l-isforzi li qed isiru biex jissorveljaw u jindirizzaw abbużi tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja jieħdu daqqa lura.

Jingħaqdu flimkien għal għan nobbli

Ħames eks-Presidenti Amerikani attendew kunċert għal għan nobbli flimkien biex jinġabru flus għall-vittmi tal-uragani li ħakmu lill-Istati Uniti din is-sena.

Barack Obama, George W Bush, Bill Clinton, George HW Bush u Jimmy Carter marru f’Texas biex ikomplu jwasslu l-messaġġ t’appell għall-għajnuna lill-vittmi.

It-tliet Demokratiċi u ż-żewġ Repubblikani ngħaqdu flimkien biex jgħinu speċjalment lil dawk affetwati mid-diżastri li ħallew l-uragani Harvey, Irma u Maria.

Mill-kunċert inġabru 31 miljun dollaru Amerikan.

Send this to a friend