sr technics – One News

Notifiki

SR Technics b’investiment ta’ €35 miljun li se joħloq 350 impjieg ġdid

Issiġġiliat il-ftehim li permezz tiegħu, il-kumpanija tal-Avjazzjoni SR Technics se tinvesti ħamsa u tletin miljun ewro biex ikollha hanger ġdid li jesa sitt ajruplani fil-Park tal-Avjazzjoni f’Ħal Safi.

Permezz ta’ dan l-investiment, il-kumpanija li tagħmel il-manutenzjoni tal-ajruplani se toħloq tliet mija u ħamsin impjieg ġdid biex sal-aħħar tas-sena d-dieħla, tibda tħaddem aktar minn ħames mitt ħaddiem.

Il-ftehim ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Mario Galea, mill-Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks Karl Azzopardi u ma’ rappreżentant ieħor mill-SR Technics fil-preżena tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona. Il-ftehim jipprovdi li Sr Technics tibni hangar fil-Park tal-Avjazzjoni f’Ħal Safi li fih tkun tista’ tagħmel il-manutenzjoni ta’ sitt ajruplani f’daqqa.Aqra aktar

Send this to a friend