Sports – One News

Notifiki

Jiltaqa’ l-bord konsultattiv dwar l-entità tal-integrità fl-isport

“Għandek għaqdiet sportivi li ma għandhomx ir-riżorsi biex jinvestigaw, każijiet ta’ doping u ma għandhom riżorsi biex jinvestigaw. Każijiet ta’ korruzzjoni, hemmhekk tidħol din l-entità illi tati l-għajnuna kollha neċessarja biex tkun tista’ tgħinhom jinvestigaw”, dawn huma kliem Chris Bonnett Chairman tal-bord il-ġdid ta’ kontra d-doping. Aqra aktar

Malta se tospita l-Kampjonat Mediterranju tal-bowling f’April li ġej

Malta se tospita t-22 edizzjoni tal-Kampjonat Mediterranju tal-Bowling. Fl-ewwel ta’ April se ssir iċ-ċerimonja tal-ftuħ bil-kampjonat jibda l-għada u jintemm fis-sitta ta’ April bil-Masters. Malta se tkun qed tiġi rrappreżentata minn Sue Abela, Sara Xuereb, Mauro Anastasi u Justin Caruana Scicluna. Caruana Scicluna se jkun qed jiddefendi l-medalja tad-deheb li rebaħ is-sena l-oħra. Sue Abela hija l-unika parteċipanta li ħadet sehem fl-edizzjonijiet kollha.Aqra aktar

Karting – Riżultati inkoraġġanti minn żewġ sewwieqa Maltin fl-Italja

Nhar il-Ħadd li ġej, fiċ-ċirkwit ta’ Val Vibrata, in-naħa ta fuq ta l-Italja, se jsiru il-finali Nazzjonali tar-Rotax Max Challenge. Żewġ sewwieqa Maltin, membri tal-Karting Club Malta, Nick Gauci u Jake Agius kienu eliġibli wara li Gauci u Agius ġew l-ewwel u t-tieni rispettivament fil-kampjonat Sqalli. Finali li kienet miftuha għal 18 il-kompetitur iżda inkitbu biss 11.Aqra aktar

Midfielder mis-Slovenja jiffirma ma’ Floriana FC

Floriana FC ħabbru l-akkwist tal-midfielder Sloven Ivica Guberac.  Guberac għandu 31 sena b’esperjenza fost l-oħrajn ma’ Cagliari FC fl-Italja u Aris Limassol f’Cipru.

Il-pożizzjoni preferita tal-plejer hija dik ta’ midfielder irtitrat għalkemm ġieli lagħab ukoll fil-pożizzjoni ta’ difernsur laterali.

Guberac huwa l-ħames akkwist s’issa tal-president ta’ Floriana Ricardo Gaucci.

Aqra aktar

Aspettazzjonijiet diversi għat-Tazza tad-Dinja

Bħalissa it-Tazza tad-Dinja tinsab f’fomm kulħadd hekk kif l-aspettazzjonijiet tal-Maltin għal din il-kompetizzjoni huma kbar. Crew ta’ ONE News żar il-pjazza ta’ Raħal Ġdid u hekk kif bħalissa d-dinja mistennija tieqaf għal xahar staqsejna lin-nies jekk humiex se jsegwu l-logħob u dwar it-timijiet favoriti tagħhom.Aqra aktar

Send this to a friend