Sport | One News - Part 8

Notifiki

SEGWI HAWN! L-ewwel Malti li għamel backflip b’rota BMX

Karl Naja riċentament sar l-ewwel Malti li jagħmel backflip b’rota tal-BMX meta huwa rnexxielu jagħmel dan nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar 2017 fl-Indoor Skate Park ta’ Pembroke.

Naja li għandu 27 sena beda jsuq il-BMX fis-sena 2004. Minn meta kien ta’ eta żgħira huwa kellu mħabba għar-rota u kien meta xi ħbieb ħaduh it-trakka tal-BMX f’Pembroke li huwa ħass li dan huwa l-isport addattat għalih. Immedjatament huwa beda jfaddal l-flus biex jixtri r-rota addatta għal BMX. Appena huwa xtara rota Haro beda imur tlieta  jew erba’ darbiet kull ġimgħa jipprattika dan l-isport minfejn kien jitlaq kull darba bl-istess rota minn tas-Sliema sa Pembroke.

Aqra aktar

Ftehim għal aktar inklużjoni fl-isport

It-tim tal-futbol ta’ Xewkija Tigers u s-Segretarjat Parlamentari għad-Diżabilta’ u Anzjanita Attiva laħqu ftehim bil-għan li jkun hemm promozzjoni b’saħħitha ta’inklużjoni fid-dinja tal-isport b’mod speċjali fil-gżira Għawdxija.

Aqra aktar

Ftehim ġdid ma’ Xewkija Tigers immirat biex tisseddaq l-inklużjoni fl-isport

Dalgħodu waqt żjara fil-grawnd ta’ Xewkija Tigers FC, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana flimkien mad-diriġenti tal-klabb tal-ogħla diviżjoni f’Għawdex, u fil-preżenza tal-uffiċjali u atleti ta’ Special Olympics Gozo ħabbret ftehim ġdid mal-istess Xewkija Tigers.

“Dan il-ftehim huwa mmirat biex tisseddaq l-inklużjoni fi spirtu sportiv għal kulhadd. Xewkija Tigers iħaddnu l-inklużjoni fil-veru sens tal-kelma għax għandhom membru tagħhom li, minkejja d-diżabità tiegħu, huwa wkoll membru promettenti ta’ Special Olympics Gozo,” qaket Dr Justyne Caruana. Kien għalhekk li s-Segretarjat Parlamentari mbarka fuq dan il-proġett biex iktar entitajiet sportivi jkunu iżjed inklussivi u jilqgħu fi ħdanhom persuni b’diżabilita’ fuq livell parteċipattiv u professjonali.

Aqra aktar

Korruzzjoni fl-isport: x’se jinbidel?

Pieni iktar ħorox, għodda għal prosekuzzjoni iktar effettiva, u l-konsiderazzjoni ta’ forom ta’ manipulazzjoni ġodda.

Dawn huma bidliet ċentrali li qed ikunu proposti fl-abbożż ta’ liġi kontra l-korruzzjoni fl-isport u li dwarhom tkellimna mas-Segretarju Ġenerali tal-MFA.

Tista’ ssegwi l-intervista ma’ Angelo Chetcuti hawn.

Aqra aktar

L-American University of Malta b’appoġġ kbir lill-isport lokali

Huma diversi l-benefiċċji li ġabet magħha l-American University of Malta f’ pajjiżna, b’mod partikolari għaż-żoni fejn se jkun hemm il-kampus tal-Università.

Iżda iktar ma jgħaddi żmien, iktar qed jiżdiedu dawn il-benefiċċji, bl-iktar waħda riċenti tkun dik ta’ għajnuna finanzjarja lill-klabb ta’ sport lokali għal qalb il-Bormliżi, dak tar-regatta. Tkellimna mal-kaxxier tal-klabb, Clyde Agius.

Aqra aktar

Kwartieri ġodda, ikbar u totalment aċċessibbli għall-Juventini Maltin

Il-Juventini Maltin għandhom dar ġdida hekk kif din il-gimgha ġew inawgurati l-kwartieri ġodda tal-Juventus Club Cuore Bianconero, fi Triq Troubridge, fil-Marsa. Il-kwartieri ġodda huma ferm ikbar minn dawk li l-klabb kellu fl-Imrieħel, imma fuq kollox iġibu magħhom aċċessibiltà totali għal dawk bi problema ta’ mobiltà, anzjani jew ġenituri bi tfal żgħar. Hemm ukoll faċilitajiet għal ġenituri bi tfal żgħar bl-għan li kemm jista’ jkun il-kwartieri ġodda tal-klabb iservu wkoll bħala post għall-familja kollha.

Aqra aktar

Tilqa’ l-vot b’maġġoranza li se jindirizza sfidi fl-isport

Il-Parlament Ewropew approva b’maġġoranza assoluta rapport fuq metodu integrat għall-Politika għall-Isport, li tiegħu l-MPE Marlene Mizzi hija l-kelliema ewlenija għall-Grupp tal-S&D fil-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Minkejja l-valuri pożittivi li l-isport jgħaddi lis-soċjetà u l-ekonomija, l-iskandli li reġgħu feġġew riċentament f’ċerti sports affettwaw ħażin u ħassbu lill-opinjoni pubblika u għamlu ħsara lir-reputazzjoni tal-isport li nfirxet lil hinn mid-dinja sportiva. Dawn qajmu tħassib serju dwar il-ħtieġa ta’ riforma ġenwina tal-Politika Ewropea għall-Isport, qalet Marlene Mizzi.

“Is-settur tal-isport qed jiffaċċja għadd ta’ sfidi bħall-korruzzjoni, it-tixħim, ix-xiri tal-logħob, id-doping, l-esplojtazzjoni tal-atleti, il-vjolenza u d-diskriminazzjoni” spjegat Mizzi.

Aqra aktar

Jekk għandek tfal li ħadu sehem f’xi kors jew attività tista’ tibbenefika!

Jekk int ġenitur li tul l-2016 ħallast għal xi kors ta’ kreattivitá jew għal xi attivitajiet relatati ma’ xi sport għat-tfal tiegħek, int intitolat għal tnaqqis fit-taxxa sa l-ammont massimu ta’ €100 fuq kull tifel jew tifla.

Sabiex wieħed ikun eliġibbli biex jibbenefika minn dan it-tnaqqis, it-tfal irid ikollhom sittax-il sena jew inqas u jkunu ħadu sehem f’xi attività jew għamlu xi kors fis-sena 2016.

Aqra aktar

Daqshekk ħwejjeġ maħmuġin wara siegħa gym!

Fl-Ingilterra twieled kunċett ġdid: l-ewwel klassijiet tal-fitness fejn bniedem joqod kompletament għarwien – ħlief għall-papoċċ u forsi sports bra, jekk wieħed iħoss li huma neċessarji.

Hija Helen Smith ta’ 35 sena li ħarġet bl-idea ta’ klassijiet ta’ siegħa, fejn min jattendi jrid ikollu bejn 33 u 70 sena. Jagħmlu minn kollox: jumping-jacks, sit-ups, push-ups u dak li jissejjaħ partner work.

Għal min jitħajjar, biex tattendi trid tmur Southampton. Smith kienet konsulenta fejn jidħol l-ingaġġ tan-nies, iżda hija wkoll membru f’għaqda li tissejaħ British Naturism. Temmen li meta toqod bla ħwejjeġ, tista’ verament turi l-eżerċizzju li qed tagħmel lil min ikun qed isegwi. Vantaġġ ieħor hu li ma jkollokx ħwejjeġ kollha għaraq x’taħseb wara.

Aqra aktar

“Għall-mitt miljun darba qed ngħamel appell, qabel imut xi ħadd fil-ground”

“Sfortunatament erġajna assistejna għal xi ħaga li ma nkunu rridu qatt nassistu …ilbieraħ waqt logħba tal-kampjonat femminili, din il-persuna għamlet xejn anqas min tmien punti f’wiċċha”.

Hekk kiteb fuq Facebook Antvin Monsigneur, wiċċ familjari max-xena sportiva hawn Malta, b’referenza għal inċident li ġralhal-player Cassie Camilleri.

“Kulħadd jista’ jweġġa’ waqt logħba football” spjega l-ġurnalist sportiv, pero ilmenta dwar in-nuqqas ta’ assistenza medika. Spjega li din il-persuna ittieħdet għall-kura medika permezz ta’ persuna li kienet qeda tara il-logħba, bil-karozza personali tagħha”.

Aqra aktar

Send this to a friend