Sport | One News - Part 7

Notifiki

Minn ġirja għall-gost sa proġetti ta’ miljuni

L-Onorevoli Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni u Sport li tant qed jaħdem għall-akbar ġid tal-isport f’pajjiżna, u li kemm ilu Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport, irnexxielu jixpruna diversi istituzzjonijiet sportivi lokali għas-suċess, hekk kif jaħdem id f’id magħhom, waqt li dejjem ikun lest biex jisma’ x-xewqat u t-talbiet tagħhom. Tkellimna miegħu dwar is-settur u r-rabta tiegħu mal-isport. \

Aqra aktar

Il-mara speċjali li tieħu ħsieb atleti speċjali

Il-gazzetta Kulħadd tkellmet ma’ Ann Calleja, direttur nazzjonali ta’ Special Olympics Malta u li tant taħdem biex tfal u żgħagħ b’diżabiltà jikkompetu b’mod normali ma’ oħrajn f’diversi dixxiplini tal-isport waqt li jkollhom l-istess drittijiet. Dan bil-għan li d-diżabiltà ma tippreżenta l-ebda xkiel fl-isport.

Aqra aktar

Team Fabio jeħilsuha ħafif

Grupp ta’ ċiklisti Maltin jistgħu jgħidu li kellhom esperjenza ta’ darba. Esperjenza li setgħat tkun tal-biża, imma skont kif irrakkontalna Fabio Spiteri, kienu siguri f’kull ħin.

Tmintax-il ċiklist Malti, partim minn traning camp taħt l-isem ‘Team Fabio’ kien viċin l-Etna meta żbroffa llum. Però inzertaw kienu sejrin man-nofsinhar tal-vulkan, u mhux fejn żbroffa. Fabio irrakkonta li semgħu ħoss kbir u dik li ddeskriva bħala ‘mushroom cloud’ ftit bogħod minnhom. Enfasizza madanakollu li fin-naħa tagħhom ma kienx hemm periklu. Raw helikopters u ambulanzi għaddejjin u semgħu li kien hemm ħaddiema tal-aġenzija tal-aħbarijiet BBC li ndarbu meta żbroffa l-vulkan.  Infatti fi tweet, l-aġenzija tal-aħbarijiet ikkonfermat: “Many injured – some head injuries, burns, cuts and bruises”.

Aqra aktar

L-ammonti ta’ flus jiżdiedu u jiċċirkolaw fl-isport jitlobu governanza aħjar – Marlene Mizzi

Waqt id-dibattitu tal-EU Sport Forum dwar “prattiċi ta’ governanza tajba fl-isport Ewropew u l-wegħda tal-Kummissjoni Ewropea fuq l-organizzazzjonijiet tal-isport”, l-MPE Marlene Mizzi qalet li l-governanza ħażina tikkomprometti l-influwenza pożittiva tal-isport, speċjalment fuq iż-żgħar, għat-tixrid ta’ valuri soċjali.

L-MPE Marlene Mizzi kienet waħda mill-kelliema fl-EU Sport Forum 2017, li ttella’ fit-8 u d-9 ta’ Marzu f’Malta. Mizzi tkellmet dwar l-aktar rakkomandazzjonijiet kritiċi tal-governanza fir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar approċċ integrat fil-politika dwar l-isport, b’attenzjoni partikolari fuq il-governanza tajba, l-aċċessibilità u l-integrità.

“Illum qegħdin nirrealizzaw li jekk irridu nippreżervaw l-isport kif nafuh, irridu niksbu mill-ġdid il-fiduċja tan-nies fil-valur pożittivi tiegħu, kemm jekk għal skopijiet ta’ rikreazzjoni, kif ukoll għal sport organizzat, każwali jew kompetittiv,” qalet Marlene Mizzi. “Iżda biex nagħmlu dan, irridu ntejbu l-governanza tajba fl-organizzazzjonijiet sportivi u neliminaw il-ksur tal-integrità fl-isport, li ta’ spiss hija marbuta mal-valuri li jġib miegħu l-isport, bħall-fair play, is-solidarjetà jew l-ispirtu ta’ tim.”

Filwaqt li rrikonoxxiet li l-isport jeħtieġlu tmexxija responsabbli u trasparenti, l-MPE Mizzi qalet li l-ammonti ta’ flus li dejjem qed jiżdiedu u jiċċirkolaw fis-settur tal-isport u fl-organizzazzjonijiet involuti, jitlob għal governanza aħjar.

Aqra aktar

Il-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq terġa’ tiftaħ il-bibien

Ix-xogħol ta’ manutenzjoni estensiv fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq issa jinsab lest.  Fil-fatt il-Kumpless Sportiv reġa’ fetaħ il-bibien tiegħu din il-ġimgħa għall-klabbs tal-waterpolo, kif ukoll għan-numru ta’ assoċjazzjonijiet u klijenti li jagħmlu użu minn dan il-post.

‘Ir-riġenerazzjoni tal-pixxina nazzjonali kienet wegħda ta’ dan il-Gvern li tiġi indirizzata l-problema enormi ta’ telqa u abbandun li kienet ilha takkumula għal dawn l-aħħar għoxrin sena’, dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius waqt l-inawgurazzjoni li saret llum. Huwa kompla jgħid li fl-aħħar snin ġew investiti ’il fuq minn tliet miljun ewro fuq dan il-kumpless.

Aqra aktar

Daqqa għat-tama ta’ Chetcuti li jirbaħ midalja fl-olimpjadi

It-tamiet ta’ Malta li fi żmien qrib ikollha midalja fl-olimpjadi ħadu daqqa ta’ ħarta. Dan hekk kif l-isport tad-Double Trap mhux se jibqa’ fil-programm tal-Olimpjadi. Dan ifisser li x’aktarx l-isportiv Malti, William Chetcuti, li ħafna drabi kien l-iktar li jersaq qrib li jirbaħ il-midalja f’dan l-isport ma jkunx qed jikkompeti.

Aqra aktar

SEGWI HAWN! L-ewwel Malti li għamel backflip b’rota BMX

Karl Naja riċentament sar l-ewwel Malti li jagħmel backflip b’rota tal-BMX meta huwa rnexxielu jagħmel dan nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar 2017 fl-Indoor Skate Park ta’ Pembroke.

Naja li għandu 27 sena beda jsuq il-BMX fis-sena 2004. Minn meta kien ta’ eta żgħira huwa kellu mħabba għar-rota u kien meta xi ħbieb ħaduh it-trakka tal-BMX f’Pembroke li huwa ħass li dan huwa l-isport addattat għalih. Immedjatament huwa beda jfaddal l-flus biex jixtri r-rota addatta għal BMX. Appena huwa xtara rota Haro beda imur tlieta  jew erba’ darbiet kull ġimgħa jipprattika dan l-isport minfejn kien jitlaq kull darba bl-istess rota minn tas-Sliema sa Pembroke.

Aqra aktar

Send this to a friend