Sport | One News - Part 5

Notifiki

Tibda l-kampanja t’akkwisti għal Tarxien Rainbows

Matul din il-ġimgħa Tarxien Rainbows ser ikunu qed iħabbru l-akkwisti kollha li saru s’issa f’dan is-suq ta’ trasferimenti wara li nhar it-Tnejn ħabbru li l-goalkeeper Andrea Cassar ġedded l-kuntratt tiegħu mat-tim, fl-aħħar sigħat ir-Rainbows ħabbru l-akkwist ta’ żewġ difensuri ġodda.

Aqra aktar

Iktar subien minn bniet fl-iskola tal-isport… kif tidħol?

Fl-iskola nazzjonali tal-isport bħalissa hemm 215 –il student il-maġġoranza tagħhom subien.

Minn tagħrif li ta fil-Parlament, il-Ministru tal-Edukazzjoni jirriżulta li hemm 134 tifel student u 81 tifla.  L-iskola tal-isport hi mfittxija ħafna mill-ġenituri li jixtiequ lil uliedhom jimxu ‘l quddiem fis-settur sportiv.

Fil-Parlament il-Ministru Bartolo ta wkoll rendikont ta’ x’inhuma l-kwalifiċi li wieħed irid jilħaq biex jidħol f’din l-iskola. Hemm żewġ stadji fejn wieħed jista’ jsir student tal-iskola nazzjonali tal-isport.Aqra aktar

Iċċelebrat il-jum Ewropew iddedikat għall-isport fl-iskejjel

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima żar l-attivitajiet sportivi li għaddejjin fl-Iskola Primarja ta’ San Ġwann fil-jum Ewropew iddedikat għall-isport fl-iskejjel, bħala inkoraġġiment biex kulħadd jieħu sehem f’aktar attività fiżika u ta’ saħħa aħjar.

Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lill-għalliema u qal li t-tfal għandhom ikunu esposti għal attivitajiet diversi li jgħinuhom jibnu ħiliet fiżiċi speċjalment l-aġilità, il-bilanċ u l-koordinazzjoni – il-bażi ta’ kull sport. L-attivitajiet għandhom ikunu attraenti għat-tfal biex ma jarawx l-isport bħala dmir biss imma bħala attività li jieħdu gost jagħmluha. Kienet sfida li jkollok attività sportiva fl-ewwel ġimgħa tas-sena skolastika però, qal is-Segretarju Parlamentari Grima, permezz ta’ din l-attività l-isport ikompli jkun meqjus bħala suġġett importanti fil-kurrikulu skolastiku.

Il-jum Ewropew iddedikat għall-isport fl-iskejjel hu parti mill-kampanja ‘NowWeMove’ li ġiet żviluppata minn konsorzju magħmul minn organizzazzjonijiet Ewropej. Din il-kampanja għandha l-iskop li tippromwovi s-saħħa u l-benesseri bħala esperjenza ta’ tagħlim tul il-ħajja u biex ikunu żviluppati l-kompetenzi u l-ħiliet soċjali fost l-istudenti permezz ta’ diversi logħob u esperjenzi sinifikanti oħrajn.

“Nemmnu li l-iskejjel għandhom ikunu l-punt fokali fejn il-veru valur tal-bażi tal-isport jitwettaq. Għalhekk qegħdin nistiednu lill-iskejjel kollha mhux biss biex jingħaqdu f’din l-attività, imma wkoll biex jieħdu sehem f’dan il-programm sportiv daqstant dinamiku li qed norganizzaw matul din il-ġurnata”, qal il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar.

L-organizzaturi tal-jum Ewropew iddedikat għall-isport fl-iskejjel taw ukoll ideat ġodda lill-għalliema u lill-istudenti biex ikunu jistgħu jippjanaw u jħejju l-programm sportiv rispettiv tagħhom ’il barra mill-klassijiet tal-iskola, bl-iskop aħħari li f’din l-attività jkun hemm kemm jista’ jkun parteċipazzjoni possibbli.

Priġunieri żgħażagħ bi żvog sportiv

Bitħa fir-residenza fejn jinżammu priġunieri żgħażagħ, magħrufa l-iktar b’mod popolari bħala l-YOURS, inbidlet fi grawnd tal-futbol li għandu joffri żvog u għajnuna lil dawn il-persuni li jkunu qed ifittxu li jerġgħu jibdew ħajjithom mill-ġdid.  

L-isport hu meqjus bħala żvog importanti ħafna għall-priġunieri u filwaqt li fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin hemm grawnd tal-futbol, li issa ilu jeżisti numru ta’ snin, f’din ir-residenza ma kienx hemm.Aqra aktar

Issa tista’ tixtri season ticket għal-logħob tal-Premier

Season tickets se jiġu introdotti minn dan l-istaġun wara li ntħalaq ftehim mal-Kumitat Permanenti tal-Premier League Malti. Dan tħabbar mis-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Dr Angelo Chetcuti, waqt li kien qed jaqra r-Rapport Amministrattiv tal-MFA matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA li saret is-Sibt.

Aqra aktar

Speċjali u se jilagħbu f’isem Malta

Nhar il-Ħadd li ġej, it-team ta’ Frame Football Malta se jkun qed jieħu sehem għall-ewwel darba f’tournament organizzat barra minn Malta, propju f’Saint George’s Park li jinsab f’Coventry.

F’pajjiżna, il-kunċett ta’ Frame Football beda fl-2016, bil-moħħ warajh tkun il-fiżjoterapista u Youth Minister Rita Darmanin Carbonaro. Din spjegat li t-tim Malti se jkun it-tim tal-kategorija bejn il-ħames snin u d-disa snin. Għandna erba players li ħa jiilghabu 4-a-side. Imma peress li hemm grupp li kien trenjat ukoll ta’ 18+, Malta ingħatat permess  tipparteċipa f’kategorija spejċali, biex dawn jilgħabu wkoll mal-klabbs Ingliżi.

Aqra aktar

Malta tirbaħ it-tielet midalja tad-deheb waqt il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar

Malta llum rebħet it-tielet midalja tad-deheb waqt il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar f’San Marino permezz tat-tiratur żagħżugħ Gianluca Chetcuti fid-Double Trap.

Chetcuti kien konċentrat ħafna waqt il-finali biex laqat total ta’ 69 plattina, wahda aktar mic-ciprijott Leontiu.

Ta’ nota li t-tiratur l-iehor malti William Chetcuti spiċċa r-raba’ wara li sa tmiem l-ewwel ħames rounds kien fl-ewwel pożizzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend