Sport – Page 3 – One News

Notifiki

Tibda l-ġimgħa Ewropeag ħall-Isport

Ilbierah fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq ġie fi tmiemu l-programm imniedi minn SportMalta Summer On The Move filwaqt li infetħet uffiċjalment il-Ġimgħa Ewropeja ddedikata lill-Isport organiżżata minn SportMalta bil-kollaborazzjoni ta’ l-Għaqda Ġurnalisti Sport.Aqra aktar

Jingħata bidu għall-Ġimgħa Ewropea tal-Isport u jiġi fi tmiemu l-programm Summer on the Move

Ingħata bidu għall-Ġimgħa Ewropea tal-Isport li se tkun organizzata fil-kumpless sportiv tal-Qroqq. Din l-attività timmarka l-għeluq tal-programm tant popolari mal-Maltin Summer on the Move li esperjenza rekord ta’ ’l fuq minn 7,000 parteċipant.

L-ewwel avveniment għall-Ġimgħa Ewropea tal-Isport ingħata l-bidu tiegħu fid-disgħa ta’ filgħodu fejn il-logħob tal-ilma kienu ċ-ċentru tal-attività. Fost ħafna attivitajiet oħra ġie organizzat tournament tal-isquash għall-atleti tal-programm, tħejjew klassijiet għal adulti li jinkludu yoga, aqua fitness, qbiż tal-ħabel, u ma naqqasx l-ispettaklu organizzat mill-akkademja tal-għawm sinkronizzat.Aqra aktar

Il-goaler Sean Cini jiffirma ma’ Ħamrun Spartans

Wara rebħa u draw fl-ewwel żewġ ħarġiet, Ħamrun Spartans komplew bil-kampanja qawwija ta’ akkwisti, hekk kif ftit tal-ħin ilu ħabbru l-akkwist tal-goaler veteran Sean Cini.

Cini, li għandu 36 sena, lagħab ma’ bosta timijiet tul il-karriera tiegħu fosthom Tarxien Rainbows FC, Sirens FC, Mqabba FC, St. George’s FC u Vittoriosa Stars FC.Aqra aktar

Ara: l-isport bħala alternattiva għall-vizzju tal-logħob

Il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli għal darb’oħra organizzat “Logħob għal Kulħadd”,  attività maqsuma fuq ġimgħa li rat timijiet ta’ tfal u żgħażagħ jikkompetu bejniethom, bil-għan li jimpenjaw liż-żgħażagħ b’mod fiżiku u jibqgħu ‘il bogħod minn vizzji bħal dak tal-logħob.

Din kienet il-11-iledizzjoni ta’ din l-inizjattiva li din is-sena saret fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Pawl tar-Rabat f’Malta. Aqra aktar

Il-Klabb ta’ San Ġiljan ASC jwieġeb

Il-Klabb ta’ San Giljan ASC wieġeb għal stqarrija konġunta maħruga minn-Exiles, Sliema, Neptunes u Sirens rispettivament.

Id-decizzjoni tal-Kummissarju tad-Dixxiplina hija dik li hi, u bħala klabb, San Ġiljan ASC irrispetta d-deċiżjoni tal- Kummissarju tad-Dixxiplina.

Fi stqarrija ntqal kif dawn il-klabbs qedg jitfgħu pressjoni fuq ir-referees għal-loghob li għad irid jiġi milgħub, u jikkundizzjonaw lil player u lil-klabb fl-aktar parti kruċjali ta’ dan l-istaġun.

L-istqarrija temmet tgħid li din l-pressjoni ma tista’ twassal għal ebda tibdil fid-deċiżjoni u għalhekk l-unika skop li jifdal huwa li ssir pressjoni fuq l-uffiċjali tal-logħba għall-aktar parti taħraq tal-kampjonat.

Send this to a friend