Sport – Page 14 – One News

Notifiki

Il-logħba Mosta vs Pembroke għand il-pulizija

Il-logħba bejn Mosta u Pembroke fl-aħħar jum tal-kampjonat Malti qiegħda tkun ivestigata mill-pulizija. Ikkonferma dan ma’ ONE NEWS Franz Tabone, l-integrity officer tal-Malta Football Association.  Din il-logħba tal-futbol Malti spiċċat ukoll fil-midja Taljana f’raport b’rabta ma’ allegazzjonijiet ta’ tixħim fil-futbol.

Jingħad li fil-jum tal-Ħamis, 28 ta’ April, meta kienet qed tintlagħab din il-logħba għadda messaġġ fuq whats app li l-logħba kienet se tispiċċa b’erba’ gowls skorjati.

Aqra aktar

Atleti Sodisfatti

Iktar investiment fl-isport. Din id-darba fl-atletika hekk kif Sport Malta ħadet ħsieb li tagħmel investiment fil-warm up track tal-Marsa. Dawk li jiffrekwentaw il-post huma xhieda tal-bidla li saret.

Iċ-Chairman ta’ SportMalta, Luciano Busuttil qal li jinsab kuntent li wara l-għaqal li mexxa biħ dan il-Gvern biex ġab fuq saqajh il-qagħda finanzjarja, issa qed jissarraf f’dawn il-proġetti fejn kulħadd jista’ jara l-frott tal-ħidma kontinwa ta’ SportMalta.

Aqra aktar

Send this to a friend