Sport | One News - Part 13

Notifiki

Akkademja ġdida – ħolma li saret realtà

Il-Federazjoni Maltija tal-Kenura kellha ħolma li issa saret realtà, hekk kif tħabbar il-bidu tal-Akkademja Maltija tal-Kenura.

L-akademja tilqa’ tfal ta’ bejn il-11 u s-16-il sena għall-ewwel kors ta’ taħriġ fil-qasam tal-kenuri u l-kayaks. Il-korsijiet fi ħdan l-akkademja se jibdew dan ix-xahar u l-membri jistgħu jattendu żewġ sessjonijiet ta’ taħrig fil-ġimgħa.

Aqra aktar

Ġimgħa li fiha tiċċaqlaq

Mill-20 ta’ Mejju sas-6 ta’ Ġunju se ssir Move Week – attivitajiet sportivi inidirizzati kemm għat-tfal u anke għal dawk l-istudenti tas-sekondarja, sa 15-il sena.

L-attivitajiet ivarjaw,  mhux biss fin-natura tagħhom imma anke fil-lokalità fejn se jsiru; minn beach sports fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbugia sa mixi f’Kemuna.

Aqra aktar

Il-logħba Mosta vs Pembroke għand il-pulizija

Il-logħba bejn Mosta u Pembroke fl-aħħar jum tal-kampjonat Malti qiegħda tkun ivestigata mill-pulizija. Ikkonferma dan ma’ ONE NEWS Franz Tabone, l-integrity officer tal-Malta Football Association.  Din il-logħba tal-futbol Malti spiċċat ukoll fil-midja Taljana f’raport b’rabta ma’ allegazzjonijiet ta’ tixħim fil-futbol.

Jingħad li fil-jum tal-Ħamis, 28 ta’ April, meta kienet qed tintlagħab din il-logħba għadda messaġġ fuq whats app li l-logħba kienet se tispiċċa b’erba’ gowls skorjati.

Aqra aktar

Atleti Sodisfatti

Iktar investiment fl-isport. Din id-darba fl-atletika hekk kif Sport Malta ħadet ħsieb li tagħmel investiment fil-warm up track tal-Marsa. Dawk li jiffrekwentaw il-post huma xhieda tal-bidla li saret.

Iċ-Chairman ta’ SportMalta, Luciano Busuttil qal li jinsab kuntent li wara l-għaqal li mexxa biħ dan il-Gvern biex ġab fuq saqajh il-qagħda finanzjarja, issa qed jissarraf f’dawn il-proġetti fejn kulħadd jista’ jara l-frott tal-ħidma kontinwa ta’ SportMalta.

Aqra aktar

Send this to a friend