Sport – Page 12 – One News

L-Olimpjadi u l-isport Malti

Għadhom kemm intemmu l-Olimpjadi tal-2016 li saru f’Rio. Inħobb insegwi diversi dixxiplini sportivi, speċjalment f’kompetizzjoni internazzjonali bħal dik li għadha kif intemmet f’Rio. Nammira l-isportivi kollha li daħlu f’din il-kompetizzjoni. Is-sagrifiċċju u d-determinazzjoni tagħhom għandha sservi t’ispirazzjoni għal kulħadd.

Waqt li kont qed nara atleti barranin, segwejt ukoll l-andament tal-atleti Maltin. Sfortunatament ir-riżultat kien wieħed negattiv u jkun għaqli li kieku wieħed janalizza għaliex kellna prestazzjoni diżappuntanti. Filwaqt li nifhem li l-possibilta’ li nirbħu midalja kienet remota ħafna, dan ma jfissirx li m’għandniex nevalwaw ir-riżultat li ksibna, l-istrateġiji u l-investimenti sportivi li qed nagħmlu.

Aqra aktar

L-Ingliżi jraħħsu l-prezz għal kontra Malta

Ir-rabja tat-tim nazzjonali Ingliż, li ftit tax-xhur ilu dabbar ċamata fl-EURO 2016, waslet biex l-FA Ingliża raħset il-prezzijiet għal-logħba kontra Malta fit-8 ta’ Ottubru.

Meta ftit tal-ġimgħat ilu ħarġu l-prezzijiet il-midja soċjali kienet mimlija b’partitarji xejn sodisfatti u li qalu li mhux lesti jħallsu biex jaraw lil min tant iddiżapuntahom ftit tal-ġimgħat ilu. Iżda issa jaf għandhom raġuni biex imorru jaraw lit-tim tagħhom jilgħab kontra pajjiżna.

Aqra aktar

Spirtu Olimpiku ta’ vera

Spirtu Olimpiku fil-vera sens tal-kelma; hekk qed jgħidu li għandha l-Amerikana Abbey D’Agostino, li waqfet mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni fit-tellieqa ta’ 5,000 metru sabiex tgħin lill-kompetitriċi tagħha, Nikki Hamblin minn New Zealand.

Hamblin sofriet uġiegħ kbir waqt it-tellieqa, u ntelqet mal-art fuq it-track, sakemm laħqitha D’Agostino, li tfixklet fiha u waqgħat hi wkoll, b’konsegwenza li darbet l-għaksa.

“Qum, din it-tellieqa rridu nispiċċawha” qalet D’Agostino lil Hamblin, f’mument li seraq qlub ħafna minħabba l-altruwiżmu tal-Amerikana.

Aqra aktar

Bolt jirbaħ il-midalja tad-deheb għat-tielet darba!

Usain Bolt rebaħ il-midalja tad-deheb fil-ġirja tal-100 metru fil-Logħob Olimpiku f’Rio 2016. Il-fenomenu Ġamajkan kiteb l-istorja f’dawn l-olimpjadi wara li sar l-ewwel atleta li rebaħ id-deheb f’din id-distanza f’tlett edizzjonijiet tal-logħob Olimpiku. Il-prestazjoni ta’ dan l-atleta kienet waħda eċċellenti hekk kif rnexxielu jagħmel din it-tiġrija f’9.81 sekonda. Minkejja li t-tluq ta’ Bolt  ma kinx wieħed tajjeb, dan l-atleta xorta waħda rnexxielu jirbaħ. 

L-Amerikan Justin Gatlin daħal fit-tieni post filwaqt li l-bronż intrebħet mill-Kanadiż De Grasse. 

Aqra aktar

‘Agatha Barbara’ fl-Olimpjadi ta’ Rio!

Kull min qed isegwi l-Olimpjadi ta’ Rio seta’ kien xi ftit perpless, hekk kif fuq it-televiżjoni feġġ l-isem ‘Agatha Barbara’, tirrappreżenta lill-Brażil!

Agatha Bednarczuk u Barbara Seixas De Freitas flimkien ikkompetew kontra l-Islovakki l-nhar is-Sibt, u ħarġu rebbieħa. Kif inhu tipiku fil-beach volleyball u sport li fih wieħed jipparteċipa f’pari, jittieħed l-ewwel isem ta’ kull atleta. Fil-każ t’Agatha u Barbara, ir-riżultat kien sinnifikanti.

Aqra aktar

Il-prezz tal-prosperità, il-Eurovision u l-Olimpjadi

Nazzjonijiet li jgawdu l-prosperità – u jidher li Malta, għalkemm dejjem fiċ-ċokon tagħha, tidher dieħla sew f’din il-kategorija – ma jistgħux ma jsirux multikulturali. U jekk issir multikulturali – jiġifieri s-soċjetà ma tibqax biss magħmula minn Maltin Insara iżda magħha jiżdiedu l-barranin ta’ diversi razzez u twemmin (jidher li fostna hawn 6.4 fil-mija barranin) – ifisser li hemm riskju tkunx tista’ tibqa’ ssib dak li jgħaqqad l-abitanti. Qiesu hawn qed jingħad li biex ikollok prosperità trid tħallas prezz. Anzi l-istoriku ekonomista Amerikan Todd G. Buchholz (fil-ktieb riċenti tiegħu The Price of Prosperity) jaħseb li nazzjonijiet għanja jista’ jkollhom sogru akbar minn oħrajn, li wara ċertu żmien, jissograw li jmorru ħażin. Huwa jsostni li nazzjonijiet kbar u għanja jistgħu jesperjenzaw i) nuqqas ta’ wild ii) kummerċ globalizzat iii) żjieda fid-dejn iv) tnaqqir tal-etika tax-xogħol u v) għajbien tal-patrijottiżmu.

Aqra aktar

It-Torċa tagħti bidu għal Rio 2016

 

 

28 sport. Mitejn Nazzjon. 11,000 atleta.

Il-Ġimgħa filgħaxija jingħata bidu uffiċċjali għall-Olimpjadi f’Rio, b’ċeremonja spettakolari mħejjija għal miljuni ta’ segwaċi ta’ dan l-ikbar avveniment sportiv fid-dinja.

Kien proprju fit-tnejn t’Ottubru elfejn u disgħa meta l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali ħabbar li minn Londra, t-torċa famuża se ttir lejn Rio għal dawk magħrufa bħala l-‘Games of the 31st Olympiad’. Kif inhi t-tradizzjoni, l-fjamma Olimpika xegħlet f’April li għadda fit-tempju t’Hera fil-Greċja; fejn seba’ mitt sena qabel Kristu saru l-ewwel Olimpjadi.

Aqra aktar

Chetcuti jħossu preparat fil-Brażil

It-Tiratur Malti William Chetcuti jinsab f’Rio, il-Brażil, fejn se jirrapreżenta lill-Malta fl-Olimpjadi. L-ewwel debut ta’ Chetcuti f’ dawn l-Olimpjadi se jkun nhar il-Ħamis 10 ta’ Awissu. L-akbar suċċess għal Chetcuti fl-Olimpjadi kien it-tmien post.

Chetcuti ser jipparteċipa f’ dan il-kampjonat wara s-suċċess tiegħu f’ Ġunju li għadda fejn rebaħ midalja tad-deheb fit-Tazza tad-Dinja tad-Double Trap tal-ISSF f’ Baku l-Ażerbaijan.

Aqra aktar

Ġgant fil-gaming jagħżel lil Malta għal-liċenzjar

Il-kumpanija SBTech, li tipprovdi soluzzjonijiet għall-imħatri fuq l-isports, għażlet lil pajjiżna biex tikseb liċenzja Class 4.

Il-liċenzja Maltija se tkompli żżid mal-portafoll ta’ permessi Ewropej, hekk kif il-kumpanija qed tkompli tespandi l-operat tagħha fil-kontinent Ewropew u lil hinn.

Il-Kap Eżekuttiv Richard Carter faħħar l-effiċjenza u l-professjonalità tal-Malta Gaming Authority. Flimkien ma klijenti bbażati Malta, SBTech mistennija tiffirma ftehimiet oħra ma operaturi liċenzjati Malta fil-futur qrib.

Aqra aktar

Aħbar tajba għall-gamers Maltin

Irridu nagħmlu Malta bħala Hub tal-E-sports. Qal dan Nicolai Gauci, wieħed mill-fundaturi tal-Malta Electronic Sport Association, li ser tkun iffurmata f’Settembru li ġej. Spjega kif l-għan huwa li f’pajjiżna jinħolqu numru ta’ opportunitajiet ta’ xogħol f’dan is-settur ukoll. Dan tħabbar waqt li tinsab għaddejja maratona ta’ gaming b’aktar minn mitejn parteċipant fuq medda ta’ tliet’ijiem.

Li Malta tkun fuq il-mappa tal-e-sports, iġifieri logħob elettroniku, ifisser li tikkompeti ma’ pajjiżi oħra Ewropej sabiex tkabbar din l-industrija u tiġġenera aktar investiment fl-ekonomija Maltija.

Aqra aktar

Send this to a friend