Sport – Page 11 – One News

Notifiki

Ghedin aktar ottimist issa li Lallana barra

The Sun online jikkowta lill-kowċ Malti Pietro Ghedin jgħid li Malta għandha spinta kbira wara li l-Ingilterra tilfu wieħed mill-aħjar players tagħhom. Adam Lallana huwa eskluż mill-logħoba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, minħabba li weġġa’ waqt il-logħba Liverpool-Swansea li spiċċat bi skor ta’ 2-1 fil-Premier League.

Aqra aktar

Southgate jiftakar il-logħba kontra Malta … u li kienet diffiċli

 

Gareth Southgate, il-manager temporanju tat-tim Ingliż, qal li xi ħadd fakkru dan l-aħħar fil-logħba li saret l-aħħar bejn l-Ingilterra kontra Malta sittax-il sena. Waqt l-ewwel konferenza stampa bhala manager tal-Ingliżi wara li tneħħa Sam Allardyce, Southgate qal li jiftakar li l-logħba kontra Malta kienet diffiċli u allura qed jistenna li din id-darba se tkun iktar diffiċli milli jaħseb kulħadd.

Mistoqsi dwar il-formazzjoni tal-Ingilterra kontra Malta huwa qal li mhux se jagħti informazzjoni żejda lill-avversarji (f’dan il-każ Malta). Meta mistoqsi dwar jekk hux se jilgħab lil Wayne Rooney il-manager tal-Ingilterra qal li ma riedx jikkummenta iżda l-fatt li huwa captain tat-tim nazzonali huwa indikattiv u żied jgħid li Rooney huwa leader.

Aqra aktar

Art ġdida għall-kumpless sportiv tal-Kottonera

Kienet ippreżentata d-dehra l-ġdida tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.  F’dawn l-aħħar xhur kien għaddej xogħol bla waqfien mill-ħaddiema ta’ SportMalta biex isir tibjid u tisbieħ fid-dehra estetika tal-Kumpless li issa tirrifletti l-branding il-ġdid tal-entità.  Iżda l-akbar kambjament li wieħed jista jara huwa l-art il-ġdida li tqegħdet fis-sala prinċipali b’investiment ta’ madwar €120, 000.  Aqra aktar

Referee Malti fl-Europa League

Ir-referee Internazzjonali Clayton Pisani ngħata appointment prestiġjuż wara l-logħob ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja. Hu se jkun qed jirrefja waħda mill-ewwel logħbiet tal-gruppi tal-Europa League.
Aqra aktar

Rikonoxximent għall-atleti Maltin

Ftit tal-ħin ilu, grupp ta’ atleti Maltin minn dixxiplini sportivi differenti bħal kick boxing, tiġrijiet taż-żwiemel u sailing gew mogħtija rikonoxximent tas-suċċessi tagħhom barra minn xtutna.

Aqra aktar

Il-bżonn ta’ iktar responsabbilta’

L-isport bil-kenuri qed jiżdied madwar il-kosta Maltija. Diversi nies qed jixtru kenura għall-użu personali, filwaqt li oħrajn jippreferu jikru waħda meta jmorru ġurnata bahar. Il-kosta Maltija toffri veduti sbieħ, u għerien interessanti li jsaħħru lil min iżurhom. Madanakollu, ma nistgħux inwarrbu l-importanza tas-sigurtà f’dak kollu li nagħmlu, u nittama li xi darba negħlbu din il-mentalita’ ta’ “kollox jgħaddi”, bħal donnu pajjiżna huwa eżentat milli sseħħ  xi diżgrazzja.

Ftit tal-ġranet ilu assistejna għall-aħbar ta’ żewg żgħażagħ li nqabdu f’diffikulta biex joħorġu minn ġo daħla fil-blat fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa. Dik it-toqba, kif insejħilha, hija popolari ma min għandu kenura jew dgħajsa żgħira. It-toqba toffri baħar sabiħ, u bir-rifless tax-xemx tara l-qiegħ ċar, ċagħaq u ħut – attrazzjoni naturali mill-isbaħ. Iżda lura għal dan il-każ…li bi ftit aktar attenzjoni seta’ kien evitat. Illi tispiċċa bżonn l-għajnuna ta’ helicopter tal-Forzi Armati m’hiex ħaġa li għandha tittieħed b’mod leġġer. Jidher li l-kenuri kienu mikrija, u biex tidħol f’dik id-daħla trid tkun attent għaliha inti u taqdef mal-kosta. Il-mewġ ma kienx mil-ħfief, bir-riħ ivarja bejn forza 3 u forza 4 f’baħar miftuħ. Allura nikri kenura lil żewġ żgħażagħ f’kundizzjonijiet ta’ temp instabbli? Fejn hi r-responsabbilta’ ta’ sid il-kenuri?

Aqra aktar

L-Olimpjadi u l-isport Malti

Għadhom kemm intemmu l-Olimpjadi tal-2016 li saru f’Rio. Inħobb insegwi diversi dixxiplini sportivi, speċjalment f’kompetizzjoni internazzjonali bħal dik li għadha kif intemmet f’Rio. Nammira l-isportivi kollha li daħlu f’din il-kompetizzjoni. Is-sagrifiċċju u d-determinazzjoni tagħhom għandha sservi t’ispirazzjoni għal kulħadd.

Waqt li kont qed nara atleti barranin, segwejt ukoll l-andament tal-atleti Maltin. Sfortunatament ir-riżultat kien wieħed negattiv u jkun għaqli li kieku wieħed janalizza għaliex kellna prestazzjoni diżappuntanti. Filwaqt li nifhem li l-possibilta’ li nirbħu midalja kienet remota ħafna, dan ma jfissirx li m’għandniex nevalwaw ir-riżultat li ksibna, l-istrateġiji u l-investimenti sportivi li qed nagħmlu.

Aqra aktar

L-Ingliżi jraħħsu l-prezz għal kontra Malta

Ir-rabja tat-tim nazzjonali Ingliż, li ftit tax-xhur ilu dabbar ċamata fl-EURO 2016, waslet biex l-FA Ingliża raħset il-prezzijiet għal-logħba kontra Malta fit-8 ta’ Ottubru.

Meta ftit tal-ġimgħat ilu ħarġu l-prezzijiet il-midja soċjali kienet mimlija b’partitarji xejn sodisfatti u li qalu li mhux lesti jħallsu biex jaraw lil min tant iddiżapuntahom ftit tal-ġimgħat ilu. Iżda issa jaf għandhom raġuni biex imorru jaraw lit-tim tagħhom jilgħab kontra pajjiżna.

Aqra aktar

Spirtu Olimpiku ta’ vera

Spirtu Olimpiku fil-vera sens tal-kelma; hekk qed jgħidu li għandha l-Amerikana Abbey D’Agostino, li waqfet mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni fit-tellieqa ta’ 5,000 metru sabiex tgħin lill-kompetitriċi tagħha, Nikki Hamblin minn New Zealand.

Hamblin sofriet uġiegħ kbir waqt it-tellieqa, u ntelqet mal-art fuq it-track, sakemm laħqitha D’Agostino, li tfixklet fiha u waqgħat hi wkoll, b’konsegwenza li darbet l-għaksa.

“Qum, din it-tellieqa rridu nispiċċawha” qalet D’Agostino lil Hamblin, f’mument li seraq qlub ħafna minħabba l-altruwiżmu tal-Amerikana.

Aqra aktar

Bolt jirbaħ il-midalja tad-deheb għat-tielet darba!

Usain Bolt rebaħ il-midalja tad-deheb fil-ġirja tal-100 metru fil-Logħob Olimpiku f’Rio 2016. Il-fenomenu Ġamajkan kiteb l-istorja f’dawn l-olimpjadi wara li sar l-ewwel atleta li rebaħ id-deheb f’din id-distanza f’tlett edizzjonijiet tal-logħob Olimpiku. Il-prestazjoni ta’ dan l-atleta kienet waħda eċċellenti hekk kif rnexxielu jagħmel din it-tiġrija f’9.81 sekonda. Minkejja li t-tluq ta’ Bolt  ma kinx wieħed tajjeb, dan l-atleta xorta waħda rnexxielu jirbaħ. 

L-Amerikan Justin Gatlin daħal fit-tieni post filwaqt li l-bronż intrebħet mill-Kanadiż De Grasse. 

Aqra aktar

Send this to a friend