Sport – One News

ARA: Kanzunetta li tfaħħar il-bajda u ħamra fl-isport


Kburin li Maltin. Tajjeb jew Ħażin. L-abjad u l-Aħmar. Kunu afu li bikom kburin.

Din hija parti mil-lirika tar-ritornell ta’ kanzunetta ġdida li nieda l-grupp Malti South End Core. Grupp li l-għan tiegħu hu li jagħti l-appoġġ lit-timijiet nazzjonali tal-futbol, tar-rakbi, tal-waterpolo, tal-handball u tal-Olimpjadi. Aqra aktar

Bonett jitkellem dwar pjan fit-tul li jpoġġi l-klabbs fuq nett  

“Se nkun qed naqsam magħkom proposti u pjan fit-tul sabiex jinbidel dak li huwa neċessarju u l-klabbs ikunu tabilħaqq fuq nett.” Hekk iddikjara l-avukat Chris Bonett meta tkellem dwar il-kandidatura tiegħu għall-President tal-Malta Football Association permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu fuq facebook.

Wara xhur ta’ konsultazzjoni ma’ dawk involuti fid-dinja tal-futbol Bonett stqarr li fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jispjega l-proposti għall-futur tal-football Malti.Aqra aktar

Żieda ta’ 13% fit-turiżmu sportiv matul l-2017

Ċifri tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu juru li matul l-2017 kien hemm żieda ta’ ‘l fuq minn 13% fit-turiżmu sportiv meta mqabbel mas-sena 2016.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn matulha ngħataw dettalji dwar iż-żjara tat-tim ta’ Fiorentina f’Malta li se jkunu qegħdin jieħdu sehem f’tournament ma’ Gżira United u Hibernians.

Carlo Micallef, il-Kap tar-riklamar fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu sostna li t-turiżmu sportiv mistenni jkompli jiżdied matul is-ena.

F’konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport Clifton Grima, esprima s-sodisfazzjon tiegħu li timijiet barranin qed jagħżlu Malta għat-taħriġ tagħhom.

“Naħseb li din hija xi ħaġa pożittiva, xi ħaġa li rridu nkomplu nibnu fuqha, xi ħaġa li għandna nassiguraw ruħna li ma tkunx okkażjoni ta’ darba iżda xi ħaġa kontinwa u dan sabiex nimxu fuq it-triq li qbadna, li jkollna investiment qawwi f’dik li hija infrastruttura sportiva ġewwa pajjiżna sabiex inkomplu nkabbru t-turiżmu sportiv f’pajjiżna”.Aqra aktar

Jirdoppja l-ammont ta’ persuni li abbonaw għal stazzjonijiet sportivi mill-introduzzjoni tat-TSN

Irdoppja l-ammont ta’ persuni li jabbonaw għal stazzjonijiet sportivi. Dan żvelatu l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni, l-MCA, li fissret kif dan seħħ mindu ġie introdott it-Total Sports Network jew TSN.

Kien fl-20 ta’ Ġunju li għadda li l-kumpaniji GO u Melita ħabbru li qablu li jaqsmu d-drittijiet bejniethom biex joffru lill-konsumaturi ammont ta’ stazzjonijiet ddedikati għall-isport.Aqra aktar

Riżultati inkorraġanti fl-Archery f’kompetizzjonijiet internazzjonali

Kontinġent mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Archery ħa sehem f’żewġ kompetizzjonijiet internazzjonali bejn it-18 ta’ Ottubru u l-4 ta’ Novembru. It-tim intagħżel fil-bidu tas-sajf permezz ta’ training intensiv li serva ta’ preparazzjoni għal dawn il-kompetizzjonijiet. It-tim Malti ipparteċipa fi tlett kategoriji li huma Compound Men b’Daniel Schembri, Patrick Zammit u Ryan Zammit; Recurve Women b’Michelle Abela; Recurve Junior Men b’Jeremy Bartolo.  John Schembri kien il-Head Coach.

Aqra aktar