sport clinic | One News

Notifiki

Mediċina sportiva fiċ-ċentri tas-saħħa

Il-mediċina sportiva, magħrufa aħjar bħala Sports and Exercise Medicine, huwa kunċett pjuttost ġdid għal pajjiżna u fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Birkirkara beda jingħata dan is-servizz.

Għalkemm ħafna jaħsbu li din hija relatata biss ma’ meta wieħed iweġġa’, il-kura għas-saħħa primarja f’pajjiżna hija iktar ibbażata fuq l-aspett ta’ prevenzjoni kif spjega l-konsulent Kirill Micallef Stafrace.

 

Intant, b’investiment ta’ €45,000, kien inawgurat ukoll ċentru ta’ rijabilitazzjoni għall-fiżjoterapija fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Birkirkara. Dan b’erba’ cubicles, u b’apparat ġdid biex dak li jsir fl-iSptar Mater Dei, jista’ jsir anke fiċ-ċentru tas-saħħa.

Meta żar iċ-ċentru l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, innota kif f’Birkirara, m’għadx hemm lista’ ta’ stennija għall-fiżjoterapija, u pazjenti jinqdew f’medja ta’ jumejn. F’Birkirkara beda ta’ mediċina sportiva.

Il-Kap Eżekuttiv tal-kura għas-Saħħa Primarja, Renzo Degabriele, ħabbar li se toħroġ expression of interest għall-fiżjoterapisti bil-għan li dawn jaħdmu wkoll filgħaxijiet.

Send this to a friend