spluzzjoni | One News

Notifiki

PERSUNA MEJTA wara splużjoni f’San Pawl il-Baħar

Persuna tilfet ħajjitha wara li għal ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu seħħet splużjoni f’San Pawl il-Baħar, fi Triq il-Ġifen, li tinsab wara ċ-ċinema. Ninsabu informati li huwa sid ta’ ħanut, għalkemm din hija informazzjoni li għad trid tkun ikkonfermata.

Hemm vettura involuta f’din l-isplużjoni. Persuni li jgħixu fiz-zona qalulna “mhux theżżiża bħal meta tisplodi xi kamra tan-nar. Iktar qisha waqgħet xi ħaġa enormi”.

Fuq il-post bħalissa hemm diversi ambulanzi, Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Natasha Galea Sciberras qiegħda tmexxi inkjesta Maġisterjali.

Aqra aktar

Għaxra mejta fi splużjoni f’Istanbul   

Nikkonfermaw li ma kien hemm ebda Malti. 

Minn tal-inqas għaxar persuni nqatlu fi splużjoni fl-ajruport ta’ Istanbul, it-Turkija. Dawn l-imwiet kienu kkonfermati mill-Ministru tal-Ġustizzja u ntqal li huwa suspettat li żewġ persuni splodew lilhom infushom fl-ajruport.

Aqra aktar

Send this to a friend