Splużjoni – Page 6 – One News

Notifiki

Imut anzjan mill-Imqabba wara splużjoni f’daru

Wara aktar minn għaxart’ijiem f’battalja bejn ħajja u mewt, tilef ħajtu anzjan ta’ 77 sena li kien safa’ ferut fi splużjoni. Kien kmieni nhar l-10 t’Awwissu meta seħħet splużjoni f’residenza privata fi Triq it-Troll, l-Imqabba.

L-inċident aktarx seħħ minħabba leak ta’ gas, u żewġ persuni kienu tħallew midruba: ir-raġel ta’ 77 sena u mara ta’ 71 sena li kienu jgħixu hemm.  Il-mara kienet sofriet ġrieħi ħfief.

 

“Seħħ miraklu” – Inkellmu vittma tal-isplużjoni f’Marsaxlokk

“Il-Madonna kienet magħna!” Emozzjonat, hekk stqarr ma’ One News Stanley Bondin, li huwa l-kap tal-kamra tan-nar tal-Madonna tal-Karmnu taż-Żurrieq. L-għada tal-ispluzjoni f’ Marsaxlokk, Bondin qalilna li setgħu jgħodduha b’waħda għax setgħu tilfu ħajjithom, “inqis dan l-inċident bħala miraklu, l-isplużjoni kienet waħda kbira”.

Aqra aktar

It-tielet straġi fil-Ġermanja – jisplodi Sirjan

Sirjan ta’ 27 sena qatel lilu nnifsu u darab 12-il persuna wara li sploda bomba qrib festival tal-mużika fl-apert fil-belt Ġermaniża Ansbach.

Ir-raġel kien applika għall-ażil, mingħajr suċċess. Huwa sploda basket li kien wara dahru wara li ma tħalliex jidħol fil-festival. Madwar 2,500 persuna kienu evakwati mill-post wara l-isplużżjoni. Dan kien it-tielet attakk fil-Bavaria fi żmien ġimgħa.

Aqra aktar

Residenti mheżża bl-isplużjoni

L-isplużjoni ta’ dalgħodu f’Ħal Luqa għalkemm ma darbet lil ħadd affettwat numru ta’ residenti. Il-ħemda li Ħal Luqa kienet għaddejja minnha wara jiem ta’ festa fil-ġimgħa li għaddiet, intemmet meta fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu seħħew numru ta’ splużjonijiet f’ħanut tal-pastizzi. Kienet xena li twaħħxek, b’residenti li ntlaqtu direttament mill-konsegwenzi li ħalliet l-isplużjoni tkellmu magħna.Aqra aktar

Send this to a friend