Splużjoni – Page 3 – One News

Notifiki

Vann jieħu n-nar fiż-Żurrieq

Għall ħabta tad-9:30 ta’ filgħodu, vann ħa n-nar f’ Triq Santa Klementina fiż-Żurrieq.  Il-Vann jinsab f’ għalqa fl-imsemmija triq u jidher li kien mgħobbi b’ diversi tipi ta’ apparat u makkinarju ieħor.

Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, spjegaw lil ONE News li għadu qed jiġi determinat min hu sid l-għalqa li fih hemm il-vann, kif ukoll jekk dan in-nar kienx ikkawżat b’mod naturali jew b’ intervent ta’ xi persuni.

Imfakkra l-vittmi ta’ splużjoni ta’ għaxar snin ilu

Fil-Festa ta’ din is-sena l-Karkariżi ser ifakkru l-ħames vittmi li għaxar snin ilu mietu traġikament f’waħda mill-akbar splużjonijiet fil-gżejjer Maltin.

Dik tal-Kamra tan-Nar ta’ Santa Liena f’Birkirkara. Għaxar snin wara l-Għaqda tan-Nar għada qed tirkupra mil-jum iswed tas-seba u għoxrin ta’ Ġunju tal-elfejn u seba.

Aqra aktar

Splużjoni f’Kabul tħalli għexieren mejta

Splużjoni kbira kkawżata minn karozza bomba qatlet madwar tmenin persuni u darbet madwar 350 persuna fil-kapital tal-Afganistan, Kabul.

L-istess bomba splodiet qrib l-Ambaxxata Ġermaniża f’Zanbaq Square, fejn il-maġġoranza li tilfu ħajjithom huma persuni ċivili.

It-Talaban qalu li ma kinux huma l-moħħ wara din l-isplużjoni. S’issa ħadd għadu ma refa’ r-responsabbiltà.

Jinqatlu 17-il persuna fi splużjoni fil-Pakistan

Minn tal-inqas 17-il persuna tilfu ħajjithom fi splużjoni li seħħet fil-provinċja Balochistan fil-Pakistan, li x’aktarx kienet immirata biex toqtol leġiżlatur.

L-isplużjoni laqtet konvoj li kien qed iġorr lis-Senatur Abdul Ghafoor Haideri, id-Deputat Kap tal-Parlament Pakistan, hekk kif kienu għadhom kif telqu minn laqgħa f’Mastung.

Għadu mhux magħruf jekk dan kien attakk suwiċida. Għadd ta’ persuni oħra indarbu waqt din l-isplużjoni.

Haideri sofra minn ġrieħi ħfief.

Mhux talli kienu fil-limbu, talli għadhom kemm splodewhom

Splużjoni laqtet grupp ta’ karozzi tal-linja li kienu qed iġorru persuni evakwati minn bliet Sirjani taħt il-Gvern, viċin Aleppo.

L-isplużjoni seħħet kawża ta’ karozza-bomba, hekk kif il-karozzi tal-linja kienu qed jistennew f’territorju maħtuf minn ribelli. Eluf ta’ persuni kienu evakwati miż-żewġ naħat tal-gwerra fis-Sirja; dawk f’inħawi maħtufa minn ribelli u dawk f’inħawi f’idejn il-Gvern. Dan fi ftehim immirat biex inaqqas it-tbatija tan-nies f’postijiet li jinsabu maħtufa minn kwalunkwe forzi, biex joħorġu mill-ġlied.

Madanakollu, hu stmat li 5,000 persuna minn inħawi maħtufa mill-Gvern u 2,200 persuna f’inħawi maħtufa minn ribelli jinsabu fi stat ta’ limbu, jistennew u ma jafux fejn sejrin. Aktar minn 64,000 persuna ċivili tinsab maqbuda f’ċiklu ta’ vjolenza u deprivazzjoni katastrofika.

Arrestat raġel b’rabta mal-attakk fuq ix-xarabank tat-tim ta’ Borussia Dortmund

Il-pulizija Ġermaniża arrestat suspettat b’rabtiet Iżlamiċi wara li sar attakk b’bomba fuq ix-xarabank tat-team tal-football Borussia Dortmund.

Prosekuturi qalu wkoll li waħda mit-tliet splussivi użati fl-attakk li seħħ it-Tlieta filgħaxija kellhom strixxi tal-metall. Intqal ukoll li qed ikunu investigati żewġ ittri li fihom tintrefa r-responsabbiltà tal-attakk.

Aqra aktar

Send this to a friend