Splużjoni – One News

Notifiki

Tingħata l-aħħar tislima lit-tliet pumpieri Taljani li tilfu ħajjithom fi splużjoni

Tul il-jum ingħatat l-aħħar tislima lit-tliet pumpiera Taljani li tilfu ħajjithom it-Tlieta fi splużjoni li seħħet f’binja fl-inħawi ta’ Turin, l-Italja. Hawnhekk spikkat id-dieqa kbira fost il-kollegi tagħhom li lkoll inġabru biex isellmu lil sħabhom, li jiem ilu tilfu ħajjithom bl-aktar mod traġiku waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Aqra aktar

Ikkonfermata sentenza ta’ għomor il-ħabs lil raġel li sploda bomba biex joqtol lis-sieħba ta’ ħuh u lil uliedha

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza ta’ għomor il-ħabs fil-konfront ta’ Ronnie Azzopardi, li għadda ġuri u  nstab ħati li sploda bomba fiż-Żejtun bit-tir li joqtol lis-sieħba ta’ ħuh u t-tfal. Izda minflok mietet mara intortament.

Il-Każ imur lura għall-Ġunju tal-elfejn u ħamsa meta Azzopardi kellu xi diżgwid fuq kwistjonijiet ta’ wirt mas-sieħba ta’ ħuh, li kien inqatel f’Bormla fl-elfejn u wieħed.Aqra aktar

Jonqos għal 253 in-numru ta’ persuni li nqatlu fis-Sri Lanka l-Ħadd li għadda

Il-President ta’ Sri Lanka qal li l-allegat moħħ wara l-bombi suwiċida li seħħew f’Ħadd il-Għid f’Sri Lanka nqatel fl-istess attakki. Intqal li Zahran Hashim, predikatur radikali, miet fil-lukanda Shangri-La fil-kapitali Colombo.

Jidher li Hashim mexxa l-attakk fuq il-lukanda popolari ħafna mat-turisti, akkumpanjat minn aggressur ieħor identifikat bħala Ilham. Intant, il-pajjiż irreveda ‘l isfel in-numru ta’ nies li nqatlu waqt l-isplużjonijiet li seħħew il-Ħadd li għadda. In-numru tnaqqas b’iktar minn 100, bil-Ministeru għas-Saħħa jgħid li n-numru issa huwa għal madwar 253.L-istess Ministeru weħħel fi żball li sar waqt il-kalkulazzjoni u d-diffikulta li jkunu identifikati l-vittmi.

Numru kbir ta’ nies inqatlu u mijiet oħra weġġgħu meta bombi suwiċida splodew f’lukandi u knejjes f’Colombo, Negombo u Batticaloa. Il-maġġoranza ta’ dawk maqtula kienu minn Sri Lanka, iżda għexieren ta’ barrannin kienu fost dawk milquta.

Sitta jinqatlu fi splużjoni f’impjant kimiku fiċ-Ċina

Sitt persuni nqatlu fi splużjoni f’impjant kimiku f’Yancheng fil-Lvant taċ-Ċina.  Dan filwaqt li 30 persuna ndarbu fl-isplużjoni li seħħet għall-ħabta tat-3:00pm, ħin tal-post.

L-isplużjoni kienet ikkawżata minn nirien li ħakmu fabbrika li tagħmel il-fertilizzant. Intant, fl-istess ħin li seħħet l-isplużjoni, kienet irrapurtata theżżiża.

AĠĠORNAT: 66 persuna jinqatlu fi splużjoni fil-Messiku

L-Awtoritajiet Messikani qalu li n-numru ta’ persuni li nqatlu wara li sploda pipeline taż-żejd il-Ġimgħa filgħaxija, issa tela’ għal 66.

Hu mifhum li l-isplużjoni seħħet wara intervent mill-ħallelin viċin il-belt ta’ Tlahuelilpan, fl-Istat ta’ Hidalgo.

Is-serq taż-żejt huwa komuni fil-Messiku, tant, li l-President tal-pajjiż ordna li ssir investigazzjoni mill-aktar delikata biex dan il-każ jissolva.

“Tista’ timmaġina l-orrur li rajt quddiemi”- raġel li kien ftit passi ‘l bogħod minn fejn seħħet l-isplużjoni f’Pariġi

“Smajna splużjoni, u sekondi wara kollox beda’ jiċċaqlaq fil-kamra”. Hekk saħaq qarrej ta’ one.com.mt li bħalissa jinsab Pariġi fuq btala u kien ftit metri ‘l bogħod mill-isplużjoni li seħħet dalgħodu f’forn fil-qalba tal-kapitali Franċiża.

Spjega kif għall-ħabta tad-09:00, waqt il-ħin tal-kolazzjon, instemgħet splużjoni kbira li ċċaqalqet il-bini li fih kien il-qarrej. It-tmexxija tal-lukanda kiener pronta tassigura lil kulħadd li dak li kien qed jiġri ma kellu xejn x’jaqsam mal-lukanda.Aqra aktar

Żewġ persuni jinqatlu fi splużjoni fuq karozza tal-linja biswit il-piramidi fil-Kajr

Żewġ turisti mill-Vjetnam tilfu ħajjithom wara splużjoni li saret fuq karozza tal-linja fil-Kapitali Eġizzjana, il-Kajr. Kelliem għall-Ministeru għall-Intern Eġizzjan qal li l-isplużjoni seħħet qrib il-piramidi ta’ Giża, uħud mill-aktar siti popolari mat-turisti fl-Eġittu kollu.

Jidher li l-bomba tpoġġiet biswit ħajt fl-inħawi u ħadet hekk kif karozza tal-linja, li kienet qed iġġorr 14-il turist mill-Vjetnam, għaddiet mill-post.

Fost il-midruba hemm żewġ Eġizzjani, inkluż ix-xufier tal-karozza tal-linja.

AĠĠORNAT: Ċilindru tal-gass jieħu n-nar ġo xaft f’Bormla

Għall-ħabta tal-16.10 ċilindru tal-gass ħa n-naf f’dar f’Bormla. Immedjatament fuq il-post issejħu membri mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien u neħħew id-dħaħen mir-residenza. Dan ġara fi Triq Rikkardu Taylor.

Il-pulizija tinsab infurmata li ma hemm l-ebda persuni midruba.

Aktar dettalji mal-ħin.

Send this to a friend