spettaklu | One News

Notifiki

ARA: Kor Malta tibda bil-kbir!

 

Kor Malta, il-kor Nazzjonali ta’ Malta, iddebutta bi spettaklu mill-isbaħ fil-Katidral Anglikan ta’ San Pawl il-Ħadd.

Il-kunċert, taħt it-tmexxija tad-direttur Riccardo Bianchi, ittella’ bħala parti mill-proġett tal-Gvern ta’ Outreach in the Community. Il-kor hu magħmul minn 55 korista li diġà jagħmel parti mill-kor fi ħdan l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.Aqra aktar

Hub kulturali nostalġiku u kontemporanju

“Il-karattru tat-triq irrid inħallih, dan huwa ċentru ta’ divertiment, u dak l-element ta’ divertiment tal-massa, tal-bar, tal-folol, irid jibqa’,” qal dan id-Direttur Artistiku tal-kunċert Strada Stretta, Giuseppe Schembri Bonaci.

Qed nitkellmu fuq Strada Stretta; it-triq tal-midneb, it-triq fejn lura fiż-żmien kull min kien jgħix jew jaħdem fiha kien qed jaħrab minn xi ħadd jew minn xi ħaġa. Triq li hija sinonima mal-ispettaklu, is-sigrieti u karattri eċċentriċi.

Trejqa li llum il-ġurnata qed terġa’ ssir hub kulturali fil-Kapitali tagħna li qed terġa’ tingħata l-ħajja u tilqa’ saħansitra l-mijiet fi tmiem il-ġimgħa.

Aqra aktar

Tiftakru lill-ALF? Tilef ħajtu wkoll

Tiftakru l-karattru ALF? Michu Meszaros, l-attur wara l-karattru mis-snin tmenin, miet fl-età ta’ 76 sena.

Mezaros kien twil biss 33 pulzier – fattizza li għenitu biex kiseb ir-rwol ta’ ALF.

Huwa sofra minn stroke il-Ħamis li għadda u kien l-isptar minn dakinhar. Il-ħabib u manager tiegħu, Dennis Varga, ikkonferma l-mewt tiegħu ftit ilu.

Aqra aktar

Terremot romantiku fid-dinja mużikali

Il-kantanti Jennifer Lopez ta’ 47 sena u Drake, ta’ 30 sena, donnhom iridu jikkonfermaw li qed joħorġu flimkien.

Kull min isegwi l-intriċċi fid-dinja tal-ispettaklu ikkonkluda dan wara li kien ippublikat ritratt fuq il-paġni uffiċjali tagħhom ta’ Instagram.

Dan kollu hu mifhum li jirrita bi kbir lill-kantanta Rihanna, eks maħbuba ta’ Drake. Diġa’ kien hemm min beda jinkwieta li ġej xi terremot, wara li Rihanna għamlet il-pass li kull min huwa iffissat fid-dinja tal-media soċjali jgħidlek li huwa simili daqs li kieku wettaqt xi reat fil-konfront ta’ dak li jkun: għamlitilha unfollow.

Aqra aktar

Lura l-Manoel wara li waqa’ minn fuq il-palk

08:20 Joe Depasquale se jkun qed jirritorna lura fuq il-palk għall-pantomima ‘Puss in Boots” fis-26 ta’ Diċembru fit-3:00 ta’ wara nofsinhar. Dan ġie mħabbar f’messaġġ fuq Facebook fuq il-paġna ta’ Masquerade Malta.

Fil-messaġġ qalu li Depasquale jinsab qawwi u sħiħ u ma ġarrab l-ebda ġrieħi.

Dawk kollha li attendew il-pantomima ta’ dal-lejl jistgħu jakkwistaw biljetti ġodda għall-pantomima li se jkun qed jintwera fl-4 ta’ Jannar fit-8:00 ta’ filgħaxija.

Aktar Qabel: Waqt il-pantomima Puss In Boots fit-teatru Manoel illejla, l-attur Joe Depasquale waqa’ minn fuq il-palk għall-post fejn ikun hemm il-mużiċisti – waqa ta’ madwar sular ’l isfel.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disa’ tal-lejla, wara li l-ispettaklu kien ilu li beda madwar tliet kwarti ta’ siegħa. L-attur, li jagħmel parti mill-grupp teatrali Masquerade, ittieħed l-isptar b’ambulanza.

Ninsabu informati li jinsab f’sensieh u jidher li l-inċident ma kellux konsegwenzi gravi.

Riżultat b’saħħtu għal ONE fl-istħarriġ tal-BA

L-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir reġa’ fisser riżultati b’saħħithom għall-istazzjonijiet ONE li għandhom l-iktar stazzjon tar-radju popolari b’udjenza medja kuljum ta’ 20.29 %, segwit minn Radju Malta b’14.9%. Anke f’dak li huwa televiżjoni r-riżultati ta’ ONE huma b’saħħithom b’udjenza medja li ssegwi biss dik tal-istazzjon nazzjonali. Fiż-żewġ każi ir-riżultati jiżbqu bil-kbir dawk ta’ Net Television u l-midja tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

4,500 jaħdmu bis-saħħa tal-films

Kien hemm madwar 4,500 persuna li ħadmu fl-industrija tal-films grazzi għas-sena rekord li din l-industrija kellha s-sena li għaddiet. Elfejn persuna ħadmu bħala membri tal-crew u madwar 2,500 ħadmu bħala extras u atturi.

“Fir-rigward ta’ impjiegi indiretti, dawn il-produzzjonijiet jiġġeneraw eluf ta’ impjiegi illi huwa diffiċli ħafna jiġu kkwantifikati,” qal il-Ministru Edward Zammit Lewis meta kien qed iwieġeb domanda parlamentari dwar l-industrija. Is-sena li għaddiet, kien hemm element qawwi ta’ diversifikazzjoni fl-industrija tal-Films. Minbarra films li ġew attirati, numru kbir ta’ sensiliet għat-televizjoni internazzjonali u produzzjonijiet ta’ reklami għal ditti rinomati nefqu miljuni ta’ ewro f’pajjiżna. Din l-industrija kompliet tagħti kontribuzzjoni importanti lill-ekonomija ta’ Malta.

Aqra aktar

Lauren Aquilina tabbanduna l-fama biex tkun kuntenta

Suċċess enormi meta kienet għadha l-iskola. Ta’ 21 sena, diġa’ b’kuntratt ma’ Universal Music u Island Records. Iżda l-kuntentizza ma tiġix biss bil-fama.

Il-kantanta ta’ dixxendenza Maltija Lauren Aquilina ħabbret li l-album li jġib isimha stess mhux biss se jkun l-ewwel, iżda wkoll l-aħħar. Dan minħabba l-istat ta’ saħħa mentali tagħha u l-impatt tal-karriera fuq il-kuntentizza tagħha. Aquilina twieldet fi Bristol lil ġenituri Maltin, Lauren affaxxinat lil ħafna b’leħen uniku u lirika qawwija.

Aqra aktar

Send this to a friend