speaker | One News

Notifiki

L-iSpeaker f’laqgħa mal-ispeaker tal-Parlament Albaniż

L-iSpeaker Anġlu Farrugia ltaqa’ mal-iSpeaker tal-Parlament Albaniż Gramoz Ruçi għall-ewwel darba biex jiddiskutu r-relazzjonijiet ta’ bejn Malta u l-Albanija. Dr Farrugia qal Malta u l-Albanija għandhom diversi opportunitajiet u l-momentum li qabdu ż-żewġ pajjiżi għandu jibqa’ sejjer.

Huwa laqa’ l-fatt li riċenti kien stabbilit Inter-Parliamentary Friendship Group li se jiffċilita l-koperazzjoni u l-opportunitajiet bejn iż-żewġ pajjiżi

Konsultazzjoni pubblika fir-rigward tal-‘White Paper’ dwar ir-Riforma fil-Gvern Lokali – Laqgħa mal-Ispeaker

 

L-Ispeaker Anġlu Farrugia kellu laqgħa mal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici kif ukoll mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis bħala parti mill-proċess tal-konsultazzjoni pubblika li nedew fir-rigward tal-White Paper dwar ir-Riforma fil-Gvern Lokali.

Aqra aktar

L-Ispeaker jitlob lil Busuttil jirtira allegazzjoni fil-konfront tal-PM

F’ruling li ta llejla l-Ispeaker tal-Kamra Anglu Farrugia, huwa talab lill-eks Kap tal-Oppożżizzjoni Simon Busuttil biex jirtira l-allegazzjoni li għamel fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat, li kellu x’jaqsam mal-għajbien tal-evidenza b’rabta mal-inkjesta Egrant. Allegazzjoni li l-konklużjoni tal-Inkjesta Maġisterjali ma ġietx ipprovata u li din qatt ma seħħet. Aqra aktar

Titnieda strateġija mill-NAO: Intejbu l-Governanza u l-Prestazzjoni fis-Settur Pubbliku

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għadu kif nieda l-istrateġija tiegħu għall-ħames snin li ġejjin, bit-titlu ‘Intejbu l-Governanza u l-Prestazzjoni fis-Settur Pubbliku’. Dan id-dokument strateġiku ġdid ġie ppreżentat mill-Awditur Ġenerali Charles Deguara lill-Ispeaker Anġlu Farrugia waqt żjara uffiċjali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fil-preżenza tad-Deputat Awditur Ġenerali Noel Camilleri u l-impjegati kollha tal-NAO.Aqra aktar

Konferenza dwar il-qagħda ta’ persuni milquta mill-‘fibromyalgia’ u l-ME fil-Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia mexxa l-ewwel konferenza dwar il-qagħda tal-persuni milquta mill-fibromyalgia u l-myalgic encephalomyelitis (ME), fil-Parlament.

L-Ispeaker irrefera għad-diffikultajiet tal-individwi milquta mill-mard ME, CFS u fibromyalgia u li ħafna minnhom jinsabu fi stat ta’ uġigħ kontinwu, għejja u eżawriment, minkejja li mad-daqqa ta’ għajn jidhru normali. Għal din ir-raġuni dawk milquta mill-fibromyalgia u l-ME jissejħu wkoll persuni b’diżabilitajiet li ma jidhrux (invisible disabilities).

Aqra aktar

L-Ombudsman Parlamentari jippreżenta s-37 edizzjoni tan-Noti tal-Każijiet 2017 lill-iSpeaker Anġlu Farrugia

L-Ombudsman Parlamentari Anthony Mifsud ippreżenta s-37 edizzjoni tan-Noti tal-Każijiet 2017 lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia.

Il-pubblikazzjoni perjodika tan-Noti tal-Każ tipprovdi ħarsa lejn ix-xogħol investigattiv imwettaq mill-Ombudsman u mill-Kummissarji għall-Investigazzjonijiet Amministrattivi, immirati biex jagħtu ħarsa lejn ix-xogħol tal-Uffiċċju tal-Ombudsman, in-natura tal-ilmenti rċevuti, l-investigazzjonijiet imwettqa, ir-rimedju rakkomandat fejn meħtieġ u xieraq, u s-segwitu biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula.

Marlene Farrugia ma tirtirax il-kelma ġbejna

Il-membri parlamentari Marlene Farrugia qalet lill-iSpeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia li ma kinitx se tirtira l-kelma ġbejna li biha indirizzat lis-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri l-bieraħ fil-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.

Meta mitluba mill-iSpeaker biex tirtira l-kelma għax ma kienx lingwaġġ parlamentari, Marlene Farrugia qalet li fil-kuntest li qalitha kienet l-aktar kelma idonja u ma kinitx se tirtiraha. L-iSpeaker qal li allura se jieħu passi ulterjuri.

Il-kumitat kien qed jiddiskuti talba ta’ Godfrey Farrugia u Marlene Farrugia għal diskussjoni dwar il-proposta għall-estenzjoni taż-żona industrijali ta’ Bulebel.

Send this to a friend