sparaturi – One News

Notifiki

“Rajnih jispara lil uffiċjal tal-Pulizija”

Ian David Long ta’ 28 sena, u li huwa eks membru tal-Forzi tal-Ordni Amerikana, qatel 12-il persuna f’bar f’Kalifornja lbieraħ, fl-inħawi magħrufa bħala Thousand Oaks.

Minn tal-anqas 200 persuna kienu fil-bar fil-ħin tal-attakk, hekk kif kien qed jiġi organizzat festin għal studenti ta’ Università fil-viċinanzi. Aqra aktar

Aġġornat bil-Filmat: Żewġ persuni jinqatlu f’sensiela ta’ sparaturi fi Florida

Żewġ persuni sfaw maqtula, u 11 oħra midruba wara sensiela ta’ sparaturi fi stabbiliment tad-divertiment f’Jacksonville, Florida, fl-Istati Uniti.

L-aggressur, David Katz ta’ 24 sena minn Baltimore, qatel lilu nnifsu fuq il-post. Sorsi qalu lill-midja barranija li dan fetaħ in-nar fuq il-folla wara li tilef logħba virtwali.

Dan l-attakk huwa biss wieħed minn sensiela ta’ attakki b’arma tan-nar fl-aħħar snin fi Florida, inkluż l-isparaturi fl-istabbiliment Pulse f’Orlando fl-2016 li ħalla 49 persuna mejta, u attakk fuq skola f’Parkland fi Frar li għadda, li fih mietu 17-il persuna.

Aqra aktar

Tnejn maqtula fi sparatura f’Campus f’Università f’Michigan

L-awtoritajiet Amerikani qed jinvestigaw sitwazzjoni attiva fil-campus ta’ Central Michigan University wara rapport ta’ sparaturi.

L-istudenti rċivew messaġġi mibgħuta awtomatikament mill-universita b’twissija ta’ sparaturi fir-raba sular.

L-universita kkonfermat li żewġ persuni nqatlu fis-sala. Huma mhumiex student u l-pulizija qed tgħid li kollox beda minn sitwazzjoni domestika.

Il-campus jinsab msakkar, filwaqt li s-suspettat, James Eric Davis Jr ta’ dsatax-il sena, għadu ma nqabadx.

Send this to a friend