Sparatura | One News

Notifiki

Tlieta mejta wara sparaturi fil-Belġju

Żewġ uffiċjali tal-Pulizija u persuna oħra nqatlu fil-belt Belġjana ta’ Liege wara li agressur armat b’arma tan-nar żamm mara ostaġġ fi skola fl-inħawi. L-agressur allegatament inqatel ftit tal-ħin wara l-inċident.

L-Iskwadra ta’ kontra t-terroriżmu fil-Belġju għadhom qed jinvestigaw dan il-każ.

.

AĠĠORNAT: Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li spara fuq missieru

Il-Qorti laqgħat it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest ta’ Steven Azzopardi mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ missieru Peter Azzopardi kmieni t-Tlieta filgħodu fil-Għargħur.

Azzopardi ġie mixli li spara lil missieru Pietru fi Sqaq ix-Xaqquf il-Għargħur stess.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roderick Spiteri qal li każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa u kwart meta l-pulizija ġiet infurmata li seħħet sparatura f’għalqa. Minnufih marru fuq il-post il-pulizija mill-Għassa tan-Naxxar fejn sabu lill-vittma li kien ferut f’għonqu.Aqra aktar

Tliet nisa maqtula fi sparatura f’dar tal-veterani tal-gwerra

Tliet nisa nstabu mejta wara li persuna ħadhom ostaġġ f’kumpless Amerikan tal-veterani tal-gwerra f’Kalifornja.

Il-Pulizija ippruvaw jikkomunikaw ma’ l-attakkant matul il-ġurnata kollha iżda kien kollu għalxejn.

Huwa nstab mejjet fil-kamra fejn qatta’ l-biċċa l-kbira tal-jum tal-Ġimgħa, wara skambju ta’ sparar mal-pulizija.

Is-senatur tal-Istat Bill Dodd qal li l-attakant kien membru ta’ Pathway Home, programm fil-kumpless tal-veterani bbażat biex jikkura dawk li jsofru minn stress post-trawmatiku.

It-tliet nisa huwa mifhum li kienu impjegati fil-kumpless.

Raġel arrestat u ieħor ferut f’sparatura f’Ħal Qormi

Raġel ġie arrestat wara sparatura l-bieraħ filgħaxija li matula raġel ta’ sitta u ħamsin sena minn Ħaż Żabbar safa ferrut.
L-isparatura seħħet għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Pjazza San Franġisk f’ Ħal Qormi meta għal xi raġuni nqala argument bejn iż-żewġt irġiel.

Tmienja midruba wara sparatura fi Franza

Tmien persuni sfaw feruti waqt sparatura quddiem moskea fin-Nofsinhar ta’ Franza.

Persuni li kienu ħerġin mill-moskea Arrahma f’Avignon kienu avviċinati minn żewġ suspettati għall-ħabta tal-22.30 tal-Ħadd ħin lokali. Mgħammra bil-pistoli, is-suspettati waslu fuq il-post b’vettura tat-tip Renault Clio, qabel ma fetħu n-nar fuq in-nies.

Aqra aktar

Send this to a friend