sparar | One News

Notifiki

Irrilaxxat l-katavru tal-immigrant li nqatel f’Ħal Far

Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Francesco Fenech ta’ wieħed u għoxin sena u Lorin Scicluna ta’ tnejn u għoxrin sena mixlija bil-qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane fis-6 ta’ April li għadda.

Wara li saru l-ezamijiet kollha mill-pulizija, il-Maġistrat Farrugia rrilaxxa għad-difna l-katavru ta’ Souleymane li nqatel intortament b’tir f’rasu waqt li kien mixi fi Triq tal-Ġebel f’Ħal Far.

Fenech u Scicluna qegħdin jiġu mixlija wkoll bl-attentat ta’ qtil ta’ Ibrahim Bah mill-Guinea u Mohammed Jallaw mill-Gambja.

Fil-Qorti xehed b’diffikulta kbira, Obrahima Bah mill-Ginea, li safa fil-mira taż-żewġ akkużati.

Irrakkonta li dakinhar tad-delitt mar jara logħba football f’ħanut f’Birżebbuġia. Qal li għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija, flimien ma’ sieħbu Mohammed qabdu t-triq bil-mixi lejn Ħal Far fejn joqogħdu.

Xehed li waqt li kienu mexjin semgħu tliet tiri, għalkemm ma ħasbux li kienet arma tan-nar. Qal li għalkemm għall-bidu ħasbuhom murtali tal-festa, ħin minnhom għaddiet karozza bajda minn ħdejhom li ġiet minn warajhom u sema’ xi tiri. Qal li ħass li ntlaqat fil-warrani u minkejja li dar u ħares lejn il-karozza, ma rax il-persuni fil-karozza.

Bah irrakonta kif hu u sieħbu bdew jiġru u daħal f’għalqa. Hawnhekk ċempel lil sieħbu u qallu biex iċċempel lil pulizija għax sparaw fuqu. Minn hawn ittieħed l-isptar u għamel ġimagħtejn jingħata l-kura.

Mitlub mitlub iħares lejn l-akkużati, Bah qal li jagħrafhomx.

Bah li ilu tmien xhur Malta qal li ġie f’pajjiżna għax talbu sieħbu li qallu li Malta hu pajjiż sigur u n-nies huma tajbin u m’hawnx razziżmu.

Il-kuntistabbli Sven Sammut xehed li Lorin għamel siegħa jitħaddet mal-avukat u deputat nazzjonalista Jason Azzopardi qabel ġie interrogat.

Irrakonta li Scicluna flimkien mal-pulizija u Azzopardi marru f’diversi postijiet fosthom f’ħanut tal-pastizzi f’Attard fejn kien jaħdem u Raħal Ġdid.

Scicluna ħa lill-pulizija f’dawn il-postijiet għax fil-bidu tal-interrogazzjoni beda jgħid li silef il-karozza li ntużat fid-delitt lil raġel Libjan.

Izda hemmhekk Lorin beda jibki u Jason Azzopardi beda jgħidlu biex jgħid il-verità.

Scicluna ħadhom ukoll Dellimara qrib fortizza fejn qal li tefa’ xi munizzjoni l-baħar.

Wara reġgħu marru d-depot, b’Lorin beda jgħid lill-pulizija li ma kienx hu li spara.

Il-kuntistabbli Markus Cachia xehed li mill-investigazzjoni li saret irriżulta li l-vettura ġiet modifikata biex tingħarafx tant li żdiedu xi faxex suwed u twaħħlulha xi stickers//

 

ARA: Waħda mill-aqwa ranges fid-dinja – Kowċ Awstraljan

Malta għandha waħda mill-aqwa ranges fid-dinja. Dan kien kliem il-kowċ Awstraljan Adam Vella fejn saħaq li minkejja li dawn il-faċilitajiet għadhom ġodda u li s’issa Malta għadha qatt m’ospitat kompetizzjoni ta’ dan id-daqs, l-organizzazzjoni kienet tajba ħafna u lit-tim tiegħu qed iħares ’il quddiem sabiex fil-futur jerġgħu jiġu Malta għal sessjonijiet ta’ taħriġ.

Aqra aktar

Kelb jinqatel fl-ajruport wara li ħarab fuq ir-runway

Kelb li kien qed jingħata taħriġ fl-ajruport ta’ Auckland, New Zealand, inqatel mill-Pulizija wara li ħarab minn taħt idejn dawk li kienu qed ituh it-taħriġ. Il-kelb li kellu biss għaxar xhur u kien qed jingħata taħriġ biex jibda jassisti l-Pulizija fit-tfittxija għal splussivi fl-ajruport, inqatel sempliċiment għax minħabba fih kien hemm numru ta’ titjiriet li telqu tard.

Aqra aktar

Daqqa għat-tama ta’ Chetcuti li jirbaħ midalja fl-olimpjadi

It-tamiet ta’ Malta li fi żmien qrib ikollha midalja fl-olimpjadi ħadu daqqa ta’ ħarta. Dan hekk kif l-isport tad-Double Trap mhux se jibqa’ fil-programm tal-Olimpjadi. Dan ifisser li x’aktarx l-isportiv Malti, William Chetcuti, li ħafna drabi kien l-iktar li jersaq qrib li jirbaħ il-midalja f’dan l-isport ma jkunx qed jikkompeti.

Aqra aktar

19-il persuna jinħatru referees u judges tal-isparar

  • Jtemmu b’suċċess kors ta’ referee u judges fl‑isparar

Dsatax-il persuna temmu l-kors ta’ jumejn li jiċċertifika lill‑parteċipanti bħala judges u referees fil‑kompetizzjonijiet internazzjonali tal‑Isparar fl‑erba’ dixxiplini: shotgun, trap, double trap u skeet. 

Aqra aktar

Send this to a friend