soru | One News

Notifiki

Minn infermiera għal soru

Għaddiet sena mindu Roseanne Pace, żagħżugħa ta’ tlieta u għoxrin sena, wegħdet l-imħabba waħdanija tagħha lil Alla.

Dan meta saret parti minn familja ta’ sorijiet tal-Ursolini f’Tas-Sliema.

F’dan l-anniversarju tant speċjali għaliha, xtaqet twassal messaġġ ta’ tama – is-sisien ta’ dak li tant temmen fih.

Ma’ ONE News spjegat xi jfisser li tkun soru żagħżugħa fl-elfejn u sbatax, u ġabret fi ftit kliem dak li esperjenzat matul l-aħħar sena.

Aqra aktar

“Irkibt fuq rollercoaster twila u eċitanti għall-aħħar” – SORU TA’ 22 SENA

Meta nirreferu għal xi soru tal-Orsolini, ħafna drabi ħsibijietna jmorru għal dawk li jieħdu ħsieb lit-tfal, iżda Roseanne Pace, soru ta’ 22 sena, tgħid li ħajjet Orsolina tmur lil’hinn mit-tfal.

“L-ewwelnett, aħna persuni kkonsagrati lil Alla. Allura l-ewwel u qabel kollox hemm it-talb personali, it-talb fil-komunità, il-quddies ta’ kuljum, u l-ħajja komunitarja. Frott l-għaqda ta’ bejnietna, matul il-ġurnata naħdmu flimkien f’oqsma differenti u nitolbu f’bosta mumenti. Imbagħad nagħtu s-servizz tagħna billi nieħdu ħsieb lil dawn it-tfal fdati lilna.”

Sr. Roseanne gradwat is-sena l-oħra bħala infermiera, għaldaqstant qed tisfrutta dak li tgħallmet ma’ dawk ta’ madwarha.

Aqra aktar

Send this to a friend