solitudni | One News

Notifiki

FILMAT: Il-ħakma tas-solitudni

Li tkun waħdek mhix xi ħaġa li tidher malli tħares lejn bniedem. Mhix xi ħaġa li tista tifimiha malajr. Mhix xi ħaġa sempliċi li tista’ tfiq minnha f’ħakka t’għajn.
Li tkun żagħżugħ u tħossok waħdek hija serja, speċjalment meta tħossok maħkum minħabba li l-problema ilha takkumula. Iltqajna ma’ ġuvni li jinsab f’din is-sitwazzjoni.

Aqra aktar

X’inhu dak li l-aktar qed joħloq dwejjaq lin-nies ta’ Ħad-Dingli?

Mhuwiex il-faqar materjali dak li joħloq id-dwejjaq fil-komunità ta’ Ħad-Dingli f’dawn iż-żminijiet.

Iżda, jeżisti tip ta’ faqar ieħor. Dak tas-solitudni. Ta’ persuni li minkejja kisra ħobż għandhom biex jixtruha sew, m’għandhomx ma’ min jikluha.

Dan jirriżulta minn stħarriġ tal-Caritas dwar din il-lokalità. It-tielet wieħed minn sensiela li qed jiffokaw dwar lokalitajiet differenti.

Jirriżulta li iktar minn nofs ir-residenti anzjani li jgħixu waħedhom f’Ħad-Dingli semmew kif iħossu ħafna l-problema ta’ solitudni. Minkejja ċerti servizzi li jeżistu fil-lokalità.

Aqra aktar

Tissokta l-kampanja “Naħseb Fik”

Hekk kif iktar kmieni s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana nediet il-kampanja”Naħseb Fik”, illum hija ssukktat tippromwovi din il-kampanja f’Għawdex ukoll waqtżjara  lill-anzjani li jattendu ċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva fix-Xewkija.

Hija fissret li l-kampanja “Naħseb Fik” tieħu forma ta’ żjarat jew għoti ta’ rigali lil dawn l-anzjani li, b’għafsa ta’ qalb, ikunu weħidhom meta jaraw anzjani oħra mdawrin bil-qraba. “Iktar mill-attenzjoni doveruża tul is-sena kollha, hija kiefra li n-nuqqas tagħha joħloq swied il-qalb fost l-anzjani minsijin fi żmien meta appuntu kulħadd ikun qiegħed jifraħ lil hinn mir-residenzi ta’ dawn l-anzjani,” qalet is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana.

Aqra aktar

Mijiet iċemplu 179 għax waħedhom

Is-sena li għaddiet kien hemm 3,279 telefonata fuq is-servizz tal-179 li kienu telefonati mhux ġenwini ta’ persuni li ċemplu biex jabbużaw minn dan is-servizz tant importanti minn min ikun għaddej minn mumenti diffiċli.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali, Michael Farrugia, qal li matul l-2015, is-servizz ta’ Supportline 179 ircieva 13,541 telefonata, li minnhom kien hemm 10,262 li kienu telefonati ġenwini. Għal mistoqsija tad-deputat, Etienne Grech, Farrugia qal li minn dawn it-telefonati ġenwini kien hemm 902-il telefonata rigward problemi ta’ saħħa mentali u 193- il telefonata relatati ma persuni ili jbatu minn dipressjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend