solar farms | One News

Notifiki

Imniegħdija skema ġdida ta’ għajnuna għal solar farms ta’ daqs akbar minn 1MWp

Aktar kmieni din is-sena ġiet ippubblikata reviżjoni tal-Pjan Nazzjonali għal Enerġija Rinovabbli biex Malta tilħaq il-miri tagħha f’dan il-qasam importanti – miri li jistabbilixxu li Malta tilħaq 10% f’enerġija rinovabbli mit-total tal-użu tal-enerġija fil-pajjiż. Il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma qed ikompli jħabbar skema ġdida ta’ għajnuna għal solar farms ta’ daqs akbar minn 1MWp.

Grazzi għal numru ta’ skemi mħaddma matul l-aħħar snin, il-kapaċità tal-pannelli tax-xemx żdiedet minn 15.7 MWp fl-2012 għal aktar minn 100MWp matul din is-sena.

Permezz ta’ dawn l-iskemi gawdew eluf ta’ familja li llum qed jiġġeneraw enerġija nadifa u jiffrankaw mill-kont tal-elettriku tagħhom, kif ukoll ammont sabiħ ta’ intrapriżi li għarfu jaħtfu l-opportunità biex inaqqsu l-ispejjeż tagħhom billi jinvestu f’enerġija nadifa.

Aqra aktar

Il-Gvern bi ftehim għal żvilupp ta’ solar farms fuq art tal-WSC

Wara li tnediet skema biex min m’għandux spazju fuq il-bejt ikun jista japplika għal pannelli solari f’solar farm u ġew imġedda l-iskemi domestici u għall-industrija tul dawn l-aħħar erba’ snin, il-Ministru Konrad Mizzi ħabbar li permezz ta’ Public Private Partnerships ma’ rappreżentanti tal-industrija dawn l-opportunitajiet biex is-settur ta’ enerġija solari jkompli jikber se jiżdiedu.

Dan hekk kif se titwaqqaf kumpanija għall-iżvilupp ta’ solar farms fuq art tal-korporazzjoni WSC bi sħab mal-Malta Developers Association u imprendituri li jimpurtaw il-panelli solari.

Aqra aktar

Enerġija nadifa minn fuq id-drenaġġ f’Għawdex

L-Kummissjoni tal-ippjanar approvat żvillupp għall-installazzjoni ta’ bosta pannelli fuq l-impjant tad-drenaġġ f’Imġarr ix-Xini, fil-limiti ta’ Għajnsielem. Dan l-iżvillupp se jkun mifrux fuq medda ta’ 1600 metru kwadru. Ix-xogħol ta’ tħaffir ta’ trinek se jkopri tul ta’ madwar 110 metru u fond ta’ 0.8 metru.
Aqra aktar

L-MDA pożittiva dwar l-iskemi ta’ appoġġ għall-enerġija rinnovabbli f’Malta

Il-Kummissjoni Ewropea sabet li pjanijiet tal-Gvern Malti biex jappoġġa l- ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli huma konformi mar-regoli tal-UE dwar l- għajnuna mill-Istat. L-iskemi se jżidu l-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, skont l-objettivi tal-UE dwar l-enerġija, mingħajr ma jfixklu l-kompetizzjoni. Minbarra Malta, kellha skemi simili l-Lussemburgu.

Aqra aktar

Enerġija nadifa minn fuq id-drenaġġ

Ftit tal-jiem wara li kienet approvata skema ta’ żewġ miljun ewro biex iktar persuni jinvestu f’panelli fotovoltajċi, l-awtorità tal-Ippjanar tat permess għall-installazzjoni ta’ bosta pannelli fuq l-impjant tad-drenaġġ f’Ta Barkat fix-Xagħjra.

Aqra aktar

Send this to a friend