soċjalisti | One News

Notifiki

Ana Gomes ma titkellimx f’isem il-grupp tas-Soċjalisti

Il-viċi chairperson tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropew Fajon qalet li l-membru parlamentari Ewropew Ana Gomes ma titkellimx għall-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej.

Hija kienet qed tirreaġixxi għall-kummenti li għaddiet Gomes dwar il-Prim Ministru Joseph Muscat, Konrad Mizzi, Keith Schembri u dwar is-sitwazzjoni f’Malta.

Hija qalet li riedet tagħmilha ċara li Gomes ma titkellimx f’isem il-Grupp tas-Soċjalisti. Qalet li bħal f’kull qasam ieħor, se jkunu qegħdin jgħarblu l-allegazzjonijiet u l-akkużi li nġiebu quddiemhom.

Madankollu sostniet li d-deċiżjonijiet tagħhom jieħduhom skont bażi ta’ evidenza ċara li trid titressaq quddiemhom.

 

Żgħażagħ interessati fis-suċċess ta’ Malta

Żgħażagħ Ewropej li huma parti minn partiti soċjo demokratiċi qed jipparteċipaw f’laqgħa imtella’ mill-Young European Socialists. Pajjiżna kien sfond ideali ghal din il-laqgħa għax qed iservi ta’ mudell għall-partiti soċjo demokratiċi.

Tista’ ssegwi aktar hawn.

Aqra aktar

Terz tal-ikel dinji jintrema; is-Soċjalisti u Demokratiċi bi proposti ġodda

Il-Parlament Ewropew approva proposti progressivi li tressqu mis-Soċjalisti u Demokratiċi, bl-għan li tnaqqas bin-nofs il-ħela tal-ikel sal-2030. Il-proposti jinkludu t-tneħħija ta’ restrizzjonijiet eżistenti fuq donazzjonijiet tal-ikel, tifsira aktar ċara dwar il-marki ‘best before’ u ‘use by’, u suq għal frott u ħxejjex li jintremew minħabba raġunijiet estetiċi.

Aqra aktar

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista protagonist mill-ġdid – jilqa’ n-nisa tal-Partit Soċjalista

Il-fergħa tan-nisa fil-Partit Soċjalista Ewropew immexxija mill-President Zita Gurmai qed ilaqqgħu l-eżekuttiv tagħhom hawn Malta għall-ewwel darba.  Il-laqgħa saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u kienet indirizzata mill-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat.

Il-Prim Ministru qal li f’dawn l-aħħar erba’ snin, trawmet attitudni fejn aktar nisa jkunu fit-tmexxija.Għat-tieni darba, għandna President mara u anke f’entitajiet oħra hemm nisa fit-tmexxija. Fakkar fil-miżura tac-childcare u qal li dawk li kritikawha qalu li tiswa l-flus. Dan ma qatax qalb dan il-Gvern, u l-miżura sarrfet f’riżultati sinnifikanti.

Aqra aktar

Send this to a friend