sliema – One News

Notifiki

Uffiċjali tal-ERA jikkonfermaw li mhux żlieġa iżda ragħwa fil-baħar

Dan ir-ritratt ittieħed dalgħodu ġewwa Fond Għadir f’tas-Sliema.

Uffiċjali tal-ERA marru fuq il-post u kkonfermaw li dak li qiegħed jiġi deksritt bħala “żlieġa” f’rapporti tal-midja mhu xejn ħlief seafoam (ragħwa tal-baħar) li fforma minħabba r-riħ u l-kurrenti tal-baħar li nġemgħu max-xatt tul tas-Sliema u San Ġiljan u miegħu hemm trab u frak tal-pjanti.Aqra aktar

Tibda tingħalaq uffiċjalment il-Park Hotel f’Tas-Sliema

Hekk kif ilbieraħ, il-Qorti tal-Appel ġabet fis-seħħ avviż ta’ infurzar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kontra l-Park Hotel f’Tas-Sliema, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu avżat lit-tmexxija tal-Park Hotel biex tagħlaq il-lukanda.

Hija wissietha wkoll biex ma taċċettax aktar turisti u biex it-turisti li hemm bħalissa jinstabilhom post ieħor.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Identifikat ir-raġel li ttella’ mill-baħar f’Tas-Sliema

Belġjan ta’ 33 sena li jgħix Tas-Sliema jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttella’ mill-baħar viċin Exiles f’Tas-Sliema. Huwa ntlemaħ f’wiċċ il-baħar fit-2:45pm tal-Ħadd, u l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru mal-ewwel fuq il-post biex jagħtuh l-ewwel għajnuna.

Aktar tard kien ikkonfermat li r-raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu. Aqra aktar

Persuna fil-periklu tal-mewt wara li spiċċat f’diffikultà fil-baħar

Persuna li għadha ma ġietx identifikata mill-Pulizija tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttellet mill-baħar viċin Exiles f’Tas-Sliema. Il-persuna ntlemħet f’wiċċ il-baħar fit-2:45pm tal-Ħadd, u l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru mal-ewwel fuq il-post biex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-vittma.

Aktar tard kien ikkonfermat li l-persuna tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha. Aqra aktar

Il-Gvern jagħti €10,000 lis-Soċjetà Mużikali San Girgor biex issir aktar aċċessibbli

Ftehim bejn il-Gvern u s-Soċjetà Mużikali San Girgor ta’ Tas-Sliema wassal biex l-istess għaqda mużikali tirċievi €10,000 mill-Fond ta’ Kontinġenza għall-għaqdiet volontarji. B’dawn il-flus, is-Soċjeta Mużikali San Girgor se tinstalla glass cladding madwar il-lift sabiex ikun jista’ jintuża u b’hekk tiżdied l-aċċessibiltà għal persuni b’diżabilità.Aqra aktar

FILMAT: Minuta u nofs imdendel bejn ħajja u mewt minn binja f’Tas-Sliema

 

Il-Libjan ta’ 26 sena li tilef ħajtu traġikament f’sit ta’ kostruzzjoni f’Tas-Sliema aktar kmieni t-Tnejn, għamel minn tal-anqas minuta u nofs imdendel bejn ħajja u mewt.

Filmat miġbud minn persuna li kienet fl-inħawi juri kif persuna oħra ppruvat issalva lill-vittma b’ħabel. Raġel ieħor jidher jixxabbat u jitfa’ l-ħabel qrib il-vittma, li min-naħa tiegħu prova jaħtaf il-ħabel biex isalva. Huwa jidher jissara mal-ħabel bit-tama li jilħaq il-quċċata tal-binja.

Iżda, kull tentattiv biex isalva ħajtu falla, hekk kif il-vittma ma kellux aktar saħħa jżomm mal-ħabel, bil-konsegwenza li spiċċa waqa’ għoli ta’ madwar seba’ sulari, b’tim mediku jiċċertifikawh mejjet fuq il-post.

one.com.mt kien l-ewwel fuq il-post, fejn kienet għaddejja ħidma delikata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li nfetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Francesco Depasquale.

Il-filmat mhux qed jixxandar kollu fuq dan is-sit.

Ara wkoll:

BIL-FILMAT: Raġel ta’ 26 sena jmut wara li waqa’ aktar minn disa’ sulari f’Tas-Sliema

Send this to a friend