skola – One News

Notifiki

Raġel li qal li huwa għalliem imgiddeb f’Qorti Amerikana b’rabta mal-massakru fuq skola f’Santa Fe, Texas

David Briscoe, ir-raġel li qal li huwa sostitut tal-għalliema, qatt ma ħadem fl-iskola ta’ Sante Fe f’Texas, l-Istati Uniti. L-istess skola fejn f’Mejju tal-2018 inqatlu mal-għaxar persuni f’sensiela ta’ sparaturi. Din l-informazzjoni ħarġet minn Qorti f’Texas, iżda xi mezzi tax-xandir laħqu ppubblikaw il-gideb tiegħu.

Briscoe kien stqarr li pproteġa lill-istudenti waqt l-attakk wara li sema’ ħafna twerżiq u sparar, waqt li kien qiegħed jagħti lezzjoni tal-Ingliż. Spjega wkoll kif hu ta struzzjonijiet lill-istudenti biex jinżlu mal-art, filwaqt għalaq l-entratura tal-klassi bl-imwejjed u tefa’ d-dawl. Briscoe qal li dak il-ħin li damu biex ħarġu mill-iskola dehru qishom sigħat twal, iżda fil-fatt damu biss bejn 30 u 45 minuta.Aqra aktar

“Għaqqadna jdejna flimkien, waqafna nibku u tlabna għal Elisa”– sħabha tal-iskola

Elisa Buhagiar ta’ 10 snin mill-Imtarfa hija l-vittma li tilfet ħajitha traġikament f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa l-Ħamis filgħaxija. Aħbar li ħasdet lil bosta, iżda telfa akbar għal dawk li kienu jafuha. Fosthom it-tfal tal-iskola St Joseph, l-iskola li kienet tattendi Elisa li kienet fil-ħames sena tal-iskola primarja, u magħha kienu jqattgħu ħafna ħin fuq il-bank tal-iskola.

Viżibbilment emozzjonati, Maya Camilleri u Marya Mizzi, ħbieb tal-qalb ta’ Elisa u li kienu jmorru l-iskola magħha, qalulna li ma jistgħux jemmnu li tilfu lil Elisa.

“Meta sirt naf li mietet ħadt dik id-daqqa qisni f’dinja oħra…. Kien xokk kbir u qisna riedna naċċettaw li ħabiba tagħna kienet mietet u ma nistgħux nġibuha lura”, qalu Maya u Marya.

Iż-żewġt iħbieb jirrakkontaw kif il-Ħamis raw l-aħbarijiet u semgħu bl-inċident imma qatt ma basru li l-vittma kienet se tkun Elisa.

“Rajt l-aħbarijiet u rajt l-inċident imbagħad bagħtu li l-kunċert tħassar…. ħadt xokk kbir meta l-parents bagħtu u qalu li Elisa. Jien ħsibt li kienet orajt imma kien xokk kbir ilni nafha mill-kindergarten”.

Il-jum tal-ġimgħa kellu jkun importanti għal Elisa, għax wara ġimgħat sħaħ ta’ tħejjijiet, kien se jkollha l-parti ewlenija fil-kunċert tal-iskola. Iżda d-destin ried mod ieħor, u l-iskola ħassret il-kunċert b’sinjal ta’ rispett lejha u qrabatha.Aqra aktar

Send this to a friend