skene | One News

Notifiki

Ma – Fit-Teatru Metanoia f’Ħal Luqa

Grupp ta’ Atturi minn skejjel ta’ drama differenti ngħaqdu mat-tim tal-għaqda teatrali SKENE biex itellgħu dramm ieħor ta’ żmien il-ġimgħa mqaddsa b’differenza.  Dramm li żgur ser idaħħal lil dawk li se jattendu fl-atmosfera li ġġib magħha din il-festa liturġika.

Id-dramm ta’ din is-sena jġib l-isem ta’ MA, il-kelma li nużaw biex ngħajtu lill-ommna. Dramm li kien miktub minn James Sultana u Mark Mifsud. Id-dinja tinbidel, iż-żminijiet jinbidlu, kollox jinbidel, iżda l-Imħabba tal-omm ma tinbidel qatt. Kemm jekk elfejn sena ilu, kemm jekk illum, il-qalb ta’ omm hija qalb ta’ Omm. U hija din propju t-tema li fuqha huwa bbażat id-dramm ta’ din is-sena. L-imħabba li tat Omm Ġesù u l-imħabba ta’ omm tal-lum.   L-istorja ser teħodna fi żmien ’il bogħod u ser iżżommna hawn illum, bl-istorja ta’ Marija Omm Alla u l-istorja ta’ Simone l-omm li ma jafha ħadd.  Żewġ realtajiet differenti pero fl-istess ħin simili. Tgħaqqadhom dejjem l-imħabba li omm biss taf turi.  Din hija l-istorja tiegħek li int omm, u tiegħek li int iben jew bint. Hija l-istorja tal-bieraħ daqskemm hi l-istorja tal-lum.

Aqra aktar

Send this to a friend