skart – Page 6 – One News

Notifiki

“Ilmenti ftit li xejn kellna” – is-Sindku tal-Floriana

Is-Sindku tal-Floriana,  Davinia Sammut Hili, esprimiet sodisfazzjon għal mod kif kien organizzat l-Isle of MTV ta’ din is-sena għalkemm għamlitha ċara li jekk is-sena d-dieħla jerġa’ jsir hemm bżonn li jerġa’ jkun hemm diskussjonijiet minn kmieni bejn in-naħat kollu biex ikun hemm titjib.

Aqra aktar

€400,000 f’makkinarju biex pajjiżna jkun aktar nadif

Fi tliet snin, id-Direttorat għat-Tindif fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura għamel investiment ta’ €400,000 f’makkinarju biex pajjiżna jkun aktar nadif.

Għall-ewwel darba qed isiru laqgħat regolari mal-istakeholders kollha involuti, flimkien ma’ kunsilli lokali, li żgur matul ix-xhur tas-sajf ma jistgħux ilaħħqu waħedhom ix-xogħlijiet tatindif.

Fil-fatt, fil-ġranet li għaddew, id-Direttorat wasal fi ftehim mal-kunsilli lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegħa tal-Monti biex ikun hemm koperazzjoni fit-tindif ta wara l-monti f’diversi lokalitajiet, sistema li trid tiġi reveduta biex ikun hemm regoli ċari għall-bejjiegħa tal-monti.

Aqra aktar

1,000 tunellata skart!

1,000 tunellata skart. Daqshekk inġabar minn disa’ Kunsilli Lokali li pparteċipaw fi proġett pilota tal-borża organika.

Dan tħabbar mill-Ministru Jose Herrera waqt li qed issir konferenza internazzjonali dwar is-sostenibilità tal-ikel u l-immaniġjar ta’ skart bioloġiku. Hemm ukoll il-kampanja edukattiva “Don’t Waste Waste”, bil-għan li jkun evitat il-ħela fl-ikel filwaqt li l-iskart jintuża b’mod intelliġenti.

Il-konferenza kienet indirizzata mill-Ministru għall-Ambjent Jose’ Herrera, il-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella u ċ-Chairman tal-Wasteserv David Borg.

Aqra aktar

Send this to a friend