skart – Page 4 – One News

Notifiki

Nofs miljun borża griża b’xejn biex aktar nies jisseparaw l-iskart

L-iskema Nazzjonali għall-ġbir ta’ skart riċiklabbli Green MT għada kif qassmet nofs miljun borża griża bla ħlas lill-Kunsilli Lokali minn fejn tiġbor l-iskart tal-ippakkeġġjar għar-riċiklaġġ. Kull familja fit-30 lokalita’ li minnha tiġbor l-iskart riċiklabbli tista’ tmur il-Kunsill Lokali u tiġbor sehmha biex tkun tista’ tkompli tissepara u tipparteċipa fl-impenn nazzjonali biex jikber is-separazzjoni tal-iskart mid-djar.

Aqra aktar

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ordnat iħallas €13,500 lil tal-iskart

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi kien ordnat iħallas kuntrattur tal-ġbir tal-iskart €13,500 li kienu għadhom jridu jitħallsu. Il-każ idur mad-differenza fil-ħlas bejn dak mifthiem fil-kuntratt ta’ġbir ta’ skart domestiku u l-ammonti mniżżla fl-invoices.

Dan perss li filwaqt li fil-kuntratt kien mifthiem li l-miżata togħla sena wara oħra, Xuereb Bros Lts baqgħu joħorġu l-invoices bil-prezz oriġinali.

Aqra aktar

Żdied l-ammont ta’ SKART VELENUŻ

Fl-2015 l-ammont ta’ skart solidu iġġenerat ammonta għal 1.9 miljun tunnellata, jiġifieri 2.4% inqas minn sena qabel.

L-ammont ta’ skart mhux velenuż naqas b’3.1%, u l-iktar tnaqqis notevoli fost dan it-tip ta’ skart kien dak ta’ 4.6% fl-ammont ta’ skart minerali.

Minn naħa l-oħra, l-ammont ta’ skart velenuż żdied b.36.4%, u dan huwa riżultat ta’ vetturi mormija, li ammontaw għal 10,937 tunnellata, u skart kimiku, li ammonta għal 4,463 tunnellata.

Aqra aktar

Sena ġdida, l-istess vizzji ħżiena

Din hija x-xena f’Paceville wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena. Wieħed jista’ jgħid li t-toroq kienu miksija bi skart li flok intrema fir-reċipjenti tal-iskart, tħalla jiġri fit-toroq. Dan ifisser li l-ħaddiema mid-Direttorat tas-Servizzi u Tindif ħadmu bla heda biex dan l-iskart jinġabar u t-toroq tagħna jkunu nodfa.

Aqra aktar

Jinfetħu faċilitajiet ġodda li jħarsu l-ambjent – jinħolqu l-impjiegi

Il-kumpanija Grease Guardian uffiċjlament fetħet faċilitajiet ġodda fil-Marsa. B’kollox din il-kumpanija se tkun qed timpjega 25 persuna, u tnax minnhom se jkunu stazzjonati f’workshops ġodda.

Din il-kumpanija se tkun qed taħdem flimkien mal-kumpanija Irlandiża, FM Environmental, sabiex tħares l-ambjent billi tara li l-ebda żejt tossiku ma jmur fl-ilma tas-sistema tad-drenaġġ.

Aqra aktar

Ammont ALLARMANTI ta’ skart

Il-problema ta’ skart skoperta fil-baħar fond madwar il-Gżejjer Maltin hija agħar milli maħsuba.

Bl-użu ta’ robot ta’ taħt l-ilma mgħammar b’ video camera, kien osservat skart f’ kull waħda mill-mitejn għadsa li saret fiż-żona ta’ konservazjoni tas-Sajd.

Informazzjoni li se tintuża għall-formulazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend