Raġel kien immultat €2,300 wara li nqabad jarmi barra fl-inħawi ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla ftit tal-jiem ilu. Aqra aktar

Raġel kien immultat €2,300 wara li nqabad jarmi barra fl-inħawi ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla ftit tal-jiem ilu. Aqra aktar
Il-Gvern ħa l-passi meħtieġa biex tinstab soluzzjoni għall-ġbir tal-iskart riċiklabbli fl-immedjat. Għal dan il-għan, sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent li nħoloq minħabba din issitwazzjoni, il-Ministeru għal Għawdex fil-ġranet li għaddew ħa ħsieb li jinġabar l-iskart tal-bring-in sites f’Marsalforn u fix-Xlendi.
Apparti dan, l-ERA qabbdet kuntrattur privat biex bħala miżura ta’ emerġenza jiġbor l-iskart riċiklabbli u jsir tindif tal-bring-in sites fil-Munxar, fl-Għasri, f’San Lawrenz, fiż-Żebbug, f’Kerċem, fil-Fontana u fl-Għarb. Aqra aktar
Sal-aħħar tas-Settembru li ġej se jinfirex ma’ Malta kollha l-proġett li permezz tiegħu l-iskart tal-ikel, magħruf bħala skart organiku jinġabar f’kontenituri u boroż għalih.
Il-proġett b’investiment ta’ €5 Miljun, diġà twettaq b’suċċess fi proġett pilota li sar matul dawn l-aħħar sentejn f’Għawdex u fi 13-il lokalità.
Flimkien ma’ dan il-kontenitur, se jitqassmu wkoll boroż bojod li fihom se jinġabar l-iskart tal-ikel bħal qxur ta’ ħaxix u frott.Aqra aktar
Iktar minn 21,000 flixkun tal-plastik u 2,000 tapp inġabru f’inizjattiva ta’ tindif wara l-Festival tal-Birra. L-inizjattiva, PlastiKAXXA, kienet frott ħidma konġunta mill-GreenPak u l-NGO Żibel.Aqra aktar
L-Assoċjażżjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) laħqet ftehim ma’ diversi sidien ta’ barrieri biex dawn jilqgħu skart tal-kostruzzjoni.
Il-kumpanija Waste Electrical and Electronic Equipment Malta se tiġbor, titratta u tirriċikkla ħames mija u sitt tunnellati ta’ skart elettroniku goff bħal fridges, freezers u water heaters, sabiex l-ikbar ċentru tar-rimi tal-iskart goff fl-Imrieħel issa qed jizvojta.
Statistika tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika tikkonferma li l-kampanja favur l-irriċiklar qed tħalli l-frott.
Dan għall-fatt li fl-elfejn u sittax kien hemm żieda fil-ġbir tal-borża l-ħadra jew il-griża.
Meta mqabbel mas-sena ta’ qabel il-ġbir tal-borża l-ħadra jew il-griża żdied bi kważi ħmistax fil-mija.
Dan filwaqt li l-ġbir tal-borża s-sewda naqas bi kważi sitta fil-mija.Matul is-sena li għaddiet l-iskart domestiku ġġenerat ammonta għal ftit aktar minn mitejn u tmenin elf tunnellata.
Dan ifisser meta mqabbel mal-elfejn u ħmistax kien hemm żieda ta’ ftit aktar minn tlettax-il elf tunnellata.
L-Awtorità tal-Ippjanar dalgħodu kompliet bl-azzjoni ta’ infurzar f’ Wied Qirda. S’issa b’kollox tneħħew aktar minn 188 trakk mimli bit-terrapien fejn dawn qabżu 3000 tunellata.
Ilbieraħ inżammet l-ewwel laqgħa tal-Kumitat tekniku mqabbad apposta biex janalizza u jikkonverġi rapporti dwar l-aħjar teknoloġija li għandha tiġi użata f’pajjiżna għall-impjant il-ġdid ta’ waste to energy. Matul din il-laqgħa, li għaliha attenda il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera, minħabba li kienet waħda ta’ introduzzjoni, ġie spjegat it-terms of reference ta’ dan il-kumitat.
Għal din il-laqgħa, li għaliha kien hemm preżenti l-membri kollha tal-Kumitat imħabbar mill-Ministru Herrera fil-jiem li għaddew, kien mistieden ir-rappreżentant tal-Oppożizzjoni li baqa’ ma attendiex. Aqra aktar
Send this to a friend