skart | One News

Notifiki

Tnaqqis sostanzjali fl-użu tal-borża sewda – użu ikbar tal-boroż tar-riċiklaġġ u tal-iskart organiku

Matul dan ix-xahar ġie rreġistrat tnaqqis qawwi fl-użu tal-borża s-sewda meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Statisika tal-Wasteserv turi li matul Novembru tas-sena li għaddiet inġabru b’kollox 9,594 tunnellata, filwaqt li matul dan ix-xahar inġabru 6,903 tunnellata. Dan huwa tnaqqis ta’ 2,691 tunnelata.Aqra aktar

Agħmel rapport jekk tagħraf lil dan ir-raġel

Filmati minn cameras tas-sigurtà juru raġel jarmi skart goff illegalment fi Triq l-Annunzjata, Tas-Sliema.

Id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex ikun identifikat ir-raġel li wettaq dan ir-reat. Jidher li dan ipparkja l-vann tiegħu viċin ta’ sit ta’ kostruzzjoni u ħalla l-iskart tiegħu biswit dar privata fl-imsemmija triq.

Dawk li għandhom kwalunkwe informazzjoni jistgħu iċemplu lid-Diviżjoni fuq 1718 jew jagħmel kuntatt fuq il-paġna soċjali tagħhom fuq Facebook:

https://www.facebook.com/CleanMalta/

Il-Gvern jieħu azzjoni dwar il-kwistjoni tal-iskart f’Għawdex

Il-Gvern ħa l-passi meħtieġa biex tinstab soluzzjoni għall-ġbir tal-iskart riċiklabbli fl-immedjat. Għal dan il-għan, sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent li nħoloq minħabba din issitwazzjoni, il-Ministeru għal Għawdex fil-ġranet li għaddew ħa ħsieb li jinġabar l-iskart tal-bring-in sites f’Marsalforn u fix-Xlendi.

Apparti dan, l-ERA qabbdet kuntrattur privat biex bħala miżura ta’ emerġenza jiġbor l-iskart riċiklabbli u jsir tindif tal-bring-in sites fil-Munxar, fl-Għasri, f’San Lawrenz, fiż-Żebbug, f’Kerċem, fil-Fontana u fl-Għarb. Aqra aktar

Se jitwaħħlu 150,000 kontenitur tal-iskart organiku madwar Malta

Sal-aħħar tas-Settembru li ġej se jinfirex ma’ Malta kollha l-proġett li permezz tiegħu l-iskart tal-ikel, magħruf bħala skart organiku jinġabar f’kontenituri u boroż għalih.

Il-proġett b’investiment ta’ €5 Miljun, diġà twettaq b’suċċess fi proġett pilota li sar matul dawn l-aħħar sentejn f’Għawdex u fi 13-il lokalità.

Flimkien ma’ dan il-kontenitur, se jitqassmu wkoll boroż bojod li fihom se jinġabar l-iskart tal-ikel bħal qxur ta’ ħaxix u frott.Aqra aktar

Send this to a friend