siti – One News

Notifiki

X’taqbad tixtri waqt Cyber Monday?

Jidher li l-kunċett ta’ Black Friday u Cyber Monday daħħlu sew fil-kalendarju lokali, għalkemm iż-żewġ drawwiet oriġinaw mill-Istati Uniti biex iħeġġu lill-konsumaturi jixtru bi skont minn siti elettroniċi. Aqra aktar

“Gvern Laburista salva għexieren ta’ postijiet minn qerda”

Il-Ministru Owen Bonnici, elenka fil-Parlament lista ta’ postijiet li fuqhom qed isir xogħol biex jiġu protetti.

Huwa kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni wara stqarrija li saret mill-Ministru Edward Zammit Lewis u l-Ministru Josè Herrera dwar it-telfien tat-tieqa tad-Dwejra.

Il-Ministru Bonnici qal li l-ġrajja tal-bieraħ kienet waħda ta’ dieqa fejn in-natura ħadet lura dak li ħolqot hi stess.

Huwa qal li t-tieqa tad-Dwejra kienet sit naturali iżda Malta u Għawdex huma mżejna b’diversi siti ta’ valur inestimabbli, fosthom l-aktar tempji antiki fid-dinja u li għandna dover li nieħdu ħsiebhom.

Aqra aktar

Jinstabu siti ta’ insib illegali u għasafar ħajjin

Fl-aħħar jiem il-kumitat CABS sab sitt siti ta’ insib illegali. Ix-xbieki li kienu qed jintużaw għall-insib inġabru mill-Pulizija flimkien mal-għasafar protetti li kienu għadhom ħajjin.

Is-siti, li kienu armati b’għodda u xbieki attivi, instabu fiż-Żejtun, l-Imġarr, l-Aħrax, l-Imqabba u x-Xewkija.

Il-Pulizija kienet informata mill-CABS u wara li wettqet tfittxija sabet tliet għasafar, li l-ispeċi tagħhom hija protetta mill-ogħla direttivi Ewropej. Ħafna mis-siti ntsabu permezz ta’ tfittxija bl-ajru. Fi stqarrija CABS innotaw li l-ammont ta’ insib illegali fix-xhur sajfin naqas dawn l-aħħar tliet snin, iżda s-sitwazzjoni tibqa’ serja.

Aqra aktar

Send this to a friend