sirja – One News

Notifiki

Malta mħassba bin-nuqqas ta’ progress fl-aspett politiku u umanitarju dwar il-kunflitt fis-Sirja

Il-kunflitt fis-Sirja għadu sors ta’ preokkupazzjoni fuq l-għatba tal-Unjoni Ewropea, li dwaru ma nstabitx soluzzjoni umanitarja jew politika.

B’dan is-sentiment il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela wera t-tħassib tal-Gvern Malti dwar il-kunflitt fis-Sirja waqt it-Tielet Konferenza fi Brussell dwar is-suġġett. Hawnhekk, il-Ministru Abela ġiber l-attenzjoni lill-kollegi tiegħu li d-diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni f’dan il-pajjiż staġnat, waqt li l-qagħda umanitarja tal-pajjiż sejra għall-agħar.

Filwaqt li għal darb’oħra irrimarka li mhemmx soluzzjoni militari għal dan il-kunflitt, saħaq li huwa fundamentali li l-komunità internazzjonali tappoġġja l-proċess immexxi min-Nazzjonijiet Magħquda u lill-Mibgħut Speċjali l-ġdid tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda għas-Sirja, Geir O. Pedersen.

Waqt il-laqgħa fi Brussell kienu diskussi wkoll l-elezzjonijiet fl-Ukrajna u s-sitwazzjoni fil-Veneżwela, u l-Ministri għall-Affarijiet Barranin skambjaw ukoll fehmiet dwar il-Qarn tal-Afrika.

Attakk fuq id-depot tal-armata Sirjana jħalli persuni midruba

Qed ikunu rrappurtati sensiela ta’ splużjoni fil-kapitali Sirjana, Damasku, allegatament minn militanti mill-Iżrael.

Uffiċjal mill-armata Sirjana qal mal-midja li d-depot tagħhom kienet fil-mira ta’ dawn l-attakki u li tliet suldati qed jingħataw il-kura. Madanakollu, ħafna mill-missili ġew interċettati mill-armata Sirjana.Aqra aktar

“Id-Deċiżjoni ta’ Trump tista’ twassal biex l-IS jerġa’ jikseb il-poter”

Alleati tal-Kurdi fis-Sirja qalu li d-deċiżjoni tal-President Amerikan Donald Trump biex ineħħi truppi Amerikani mis-Sirja se tħeġġeġ lill-Istat Iżlamiku biex jinbet mill-ġdid.

Stqarrija mid-Forzi Demokratiċi Sirjana qalet li d-deċiżjoni tal-President Trump se tħalli lilhom u lil militanti Għarab li huma alleati tal-Istati Uniti f’pożizzjoni prekarja ferm minħabba l-possibbiltà li l-IS jerġa’ jikseb il-poter.

Il-President Trump ħabbar li l-Istat Iżlamiku ‘inqered’ tard l-Erbgħa filgħaxija, u li madwar 2,000 suldat Amerikan stazzjonati fit-Tramuntana tas-Sirja mistennija jintbagħtu lura l-Amerika.

“Daqskemm ħabbejt lit-tfal ma nħobb lil ħadd l-istess”- Maltija li għexet mal-familji fis-Sirja

Min hu mejjet għal qatra u min hu mejjet fis-sakra. Sfortunatament fid-dinja mhux kulħadd huwa xxurtjat biżżejjed li jgħix ħajja komda fil-lussu li jġib miegħu s-seklu 21.

Bħalissa mal-fruntiera bejn il-Libanu u s-Sirja hemm eluf kbar ta’ familji Sirjani li spiċċaw jgħixu f’kampijiet hekk kif art twelidhom, is-Sirja tinsab fi gwerra.

Tkellimna ma’ Lisa Caruana, tfajla Maltija li qattgħet xahar f’din iż-żona u flimkien ma’ dawn il-familji għexet il-ħajja kemm xejn iebsa li ġġib magħha l-gwerra:Aqra aktar

Send this to a friend