sinniet – One News

Notifiki

Kissirlu żewġ sinniet għaliex qal li ħarislu lejn it-tfajla

Taljan ta’ 27 sena instab ħati li agredixxa u weġġa’ gravi lil Uffiċjal tal-Pulizija li fil-ħin li seħħ il-każ kien ‘off-duty’.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tas-6 ta’ Lulju ta’ sentejn ilu f’San Ġiljan, meta t-Taljan, Alessio Minelli kien mat-tfajla tiegħu viċin il-karozza tagħhom li kienet ipparkjata. Jidher li dak il-ħin il-koppja ma setgħux isibu ċ-ċwievet u nqala’ argument bejniethom.

Fix-xhieda tiegħu il-Pulizija rrakkonta kif dakinhar kien ma’ sieħbu, li kien se jwasslu d-dar bil-karozza tiegħu. Qal li sieħbu daħal fil-karozza, iżda hu baqa’ barra, peress li kien qed jiekol wrap u ma riedx iħammiġlu. Sacco kompla jgħid li t-Taljan kien mar fuqu u bl-Ingliż staqsih għalfejn kien qed iħares lejn it-tfajla tiegħu. Sacco qal li ċaħad, iżda Minelli tajjarlu r-wrap minn idu u qabad jagħtih.Aqra aktar

Send this to a friend