simon | One News

Notifiki

Kif żvelajna: Busuttil ma jattendix

Kif żvelat iktar kmieni llum minn one.com.mt, l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil m’attendiex għad-diskors tal-Kap Nazzjonalista, Adrian Delia li qed isir bħalissa fuq il-Fosos.

Meta l-preżentatur Fabian Demicoli beda jsejjaħ id-deputati tal-Partit Nazzjonalista biex siegħa tard, jitilgħu fuq il-park, l-assenza ta’ Busuttil kienet ikkonfermata. Għaliex la ssejjaħ u naturalment u lanqas tela’.

Konferma li ma marx isegwi lil Delia.Aqra aktar

Il-ħanut tal-familja ta’ Simon Schembri fil-mira tal-ħallelin

Il-ħanut li għanda l-familja tal-Kuntistabbli Simon Schembri f’ Raħal Ġdid safa fil-mira ta’ attentat ta’ serqa.

Hu mifhum li r-reat seħħ matul il-lejl li għadda, b’ iben Schembri jinduna bl-isgass għall-ħabta tad-9:30 ta’ dalgħodu wara li mar biex jiftaħ il-ħanut bħall ma jagħmel  kuljum.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar għadd ta’ esperti biex jassituh fl-investigazzjonijiet tiegħu. Intant Il-Pulizija tal-forensika elevaw ukoll xi marki tas-swaba’ għal aktar investigazzjonijiet filwaqt li qed teżamina filmati mill-kameras tas-sigurtà fl-akwata.

Din l-aħbar kienet xokk kbir għall-familja Schembri hekk kif propju ħdax -il ġurnata ilu esperjenzaw dak li qatt ma kienu qed jistennew. Dan hekk kif il-Kuntistabbli Schembri safa vittma ta’ attentat ta’ qtil wara li ġuvni ta’ sbatax -il sena tajjru f’Ħal Luqa.

“Filli f’xifer il-mewt u f’daqqa waħda kuljum aħjar”

Kważi ġimgħa u nofs mindu l-Kuntistabbli Simon Schembri kien kważi tilef ħajtu wara li ttajjar minn ġuvni ta’ sbatax -il sena f’Ħal Luqa, il-kundizzjoni medika tiegħu qed titjieb ma’ kull jum li jgħaddi.

L-Ispettur Herman Mula, li hu l-kelliem ewlieni tal-familja Schembri stqarr ma’ ONE News li minkejja li t-triq għall-fejqan hi waħda twila, jidher li Schembri qed iwieħeb tajjeb għall-kura li qed tingħatalu tant li jinsab luċidu u konxju tar-realtajiet li qed jaffaċċja.

“We can look back ġimgħa, ġimgħa u ftit down the line u ngħidu li filli kien f’xifer il-mewt, qisha kienet skontata li se jmut Simon u f’daqqa waħda kuljum jagħmel dik it-tikka improvement. L-ewwel fetaħ għajnejħ, imbgħad beda jitkellem, imbgħad beda jieħu xi naqra likwidi u issa dal-aħħar jumejn anke naqra solidi qiegħed jiekol Iġifieri dak huwa sinjal tajjeb mmens.”

 Wara li kien hemm ħafna li ħadu l-inizjattiva li jiġbru xi fondi għall-Kuntistabbli Schembri, il-familja ħolqot żewġt kontijiet bankarji biex il-ġbir ikun regolarizzat u jiġu eliminati l-abbużi. Issa li l-affarijiet qabdu t-triq it-tajba, il-familja u l-ħbieb ta’ Simon ħassew li għandhom imorru pass ieħor il-quddiem.

Dwar dan l-Ispettur Mula spjega ma’ ONE News li qed jitfassal qafas għal fondazzjoni li mhux biss ser tieħu ħsieb il-ħtiġijiet ta’ Simon iżda wkoll ta’ dawk li tmisshom ix-xorti ħażina li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

“Once li jissettjawilna, il-fondi se jiġu trasferiti kollha fiha. Tajjeb li wieħed ikun jaf li l-skop tagħha se jkun li jkun hemm accountability, professjonalità u auditing indipendenti kemm mill-familja u kemm mil-ħbieb tiegħu. L-ewwel mhu se ngħinu il-kawża ta’ Simon, pero il-flus li se jibqà, jekk jibqà u anke jekk ma jibqax, din il-fondazzjoni hija l-skop tagħha hu li tgħin nies li jgħaddu minn dak li għadda Simon u mhux persuni fil-pulizija biss.”

Intant rapporti fil-midja qalu matul il-lejl li għadda il-ħanut tal-familja, f’raħal ġdid kien fil-mira ta’ attentat ta’ serqa.

Perikoluż

 

Kull darba li staqsewni għal kelma waħda biex niddeskrivi lill-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, iddeskrivejtu bħala perikoluż.

Nista’ ngħid li wara l-elezzjoni ġenerali kkonfermajt dan il-ħsieb iktar minn qatt qabel.

Fl-aħħar erba’ snin li fihom rajtu jmexxi l-Partit Nazzjonalista Busuttil deher bħala bniedem ‘bitter’, xi kultant kattiv u bniedem li jaħseb li għalih japplikaw liġijiet u regoli differenti minn dawk li japplikaw għall-kumplament tas-soċjetà. Dan fl-istess waqt li jattakka lil ħaddieħor li jagħmel hekk.

Aqra aktar

Simon Busuttil iltaqa’ mal-aġent tal-BWSC

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, kien iltaqa’ mal-aġent tal-BWSC Joe Mizzi. Dan skont email li żvelah il-kandidat tal-Partit Laburista Jeffrey Pullicino Orlando waqt laqgħa politika f’Għawdex.

Pullicino Orlando qal li dan l-email juri kif Simon Busuttil iltaqa’ mal-aġent ta’ din il-power station li biex inxtrat inbidlu r-regoli ambjentali kontra l-pariri tal-esperti tal-Enemalta.

Deċiżjoni li ttieħdet minn George Pullicino u li biha l-BWSC frankaw għoxrin miljun ewro u setgħu jgħamlu din il-power station taħdem biż-żejt.

Din l-email ħarġet l-għada li sar magħruf li Simon Busuttil gawda minn commission minn ħames miljun ewro li gawdew minnha l-kumpanija Shell. Kumpanija li tinnegozja ż-żejt.

IL-METRO TA’ SIMON WEĦLET FID-DETTALJI

Simon Busuttil għadu kemm preżenta l-proposti tiegħu dwar metro. Din qed jgħid li se tkun state of the art, imma dettalji dwarha m’għandux.

Ma preżenta eba timelines.

Ma preżentax dettalji dwar finanzjament.

Qal li se jibda jaħdem fuq l-ewwel binajri, imma ma qalx liem.

Aqra aktar

Busuttil mhux ċar jaċċettax ir-riżultat tal-elezzjoni

Il-Kap tal-Oppożizzjoni ma kien ċar xejn meta mistoqsi jekk jaċċettax ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali u attakka l-Kummissjoni Elettorali preżenti u dik ta’ qabilha. Mistoqsi minn Reno Bugeja jekk jaċċettax ir-riżultat tal-elezzjoni qal: “nittama li iva.” Imbagħad għamel allegazzjonijiet saħansitra anke fil-konfront tal-Kummissjoni Elettorali preċedenti li skont hu mal-bidla fil-gvern bdiet ixxaqleb lejn il-labour.

F’Dissett kien mistoqsi wkoll dwar l-allegazzjonijiet li għamel dwar Egrant u l-Prim Ministru u mistoqsi jekk jerfax ir-responsabbiltà jekk jirriżulta li gidba kien ċar li le. Dan kif jidher fil-filmat. Aqra aktar

IL-ĦAMES FATTI LI JIXHDU LI D-DOKUMENT FALZ

IL-LOGĦBA TA’ SIMON BUSUTTIL BIS-SUPPOST DOKUMENTI LI SUPPOST JIPPRUVAW TA’ MIN HI EGRANT SPIĊĊAT HEKK KIF QED JIĠI PPRUVAT LI DAWN ID-DOKUMENTI HUMA FOLOZ U FFABBRIKATI. DAN JOĦROĠ MINN ANALIŻI SEMPLIĊI TA’ DAK LI DAPHNE CARUANA GALIZIA QALET LI HU KOPJA MIKTUBA (TRANSCRIPT) TA’ DAK LI HEMM FUQ SUPPOST DOKUMENT MAGĦRUF BĦALA DECLARATION OF TRUST.

Aqra aktar

Send this to a friend